Yes
No

​In-NGEU huwa strument temporanju li ġie stabbilit fl-2020 biex jindirizza l-impatti soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19. Huwa se jwassal fondi li jilħqu sa EUR 750 biljun, primarjament biex jiffinanzja l-irkupru ekonomiku fl-UE. L-infiq jieħu l-forma ta’ għotjiet u selfiet lill-Istati Membri permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u sitt programmi ta’ nfiq oħra tal-UE għall-perjodu 2021-2027.