Yes
No

Ix-xenarju finanzjarju tal-UE evolva tul diversi għexieren ta’ snin. Il-qalba tiegħu hija l-baġit tal-UE, li jipprovdi finanzjament għal varjetà wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika – bħall-agrikoltura, l-iżvilupp ta’ żoni rurali u urbani, l-infrastruttura tat-trasport, ir-riċerka, is-saħħa, il-migrazzjoni, u l-għajnuna għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw – u jiffinanzja t-tħaddim tal-istituzzjonijiet tal-UE u ta’ korpi oħra. Hemm ukoll fondi u strumenti li qegħdin/huma stabbiliti barra mill-baġit tal-UE​