Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Aħna nippruvaw inżommu s-sit elettroniku tagħna mill-aktar aġġornat u preċiż possibbli, u se nippruvaw nikkoreġu kwalunkwe żball li jinġieb għall-attenzjoni tagħna. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni li tidher fuq is-sit elettroniku tagħna.
B’mod partikolari:
- l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħna ma tikkostitwix parir professjonali jew legali;
- il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu mill-ġdid ta’
data jew ta’ informazzjoni li hija disponibbli fuq dan is-sit elettroniku; għaldaqstant inti avżat li tieħu kull prekawzjoni meħtieġa qabel tuża d-data disponibbli fuq dan is-sit elettroniku, u barra minn hekk, tużaha għar-riskju proprju tiegħek;
- l-informazzjoni disponibbli fuq dan is sit elettroniku jaf tkun ikkollegata ma’ materjal disponibbli fuq siti esterni li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma għandhiex kontroll fuqhom u li għalihom ma taċċetta l-ebda responsabbiltà.
Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur
© Unjoni Ewropea,
-
Il‑politika tal‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6‑2019 dwar l-użu mill-ġdid ta' dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f'avviżi individwali dwar id‑drittijiet tal‑awtur), il‑kontenut ta' dan is‑sit elettroniku huwa liċenzjat taħt il-liċenzja tal‑Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0)(opens in new window). Dan ifisser li tista' terġa tuża l‑kontenut mill-ġdid, dment li
jingħata kreditu xieraq.
Jekk tagħmel xi tibdil fil‑kontenut, trid tindikah b'mod ċar. Ma tistax tbiddel is‑sinifikat jew il‑messaġġ oriġinali tad‑dokumenti. Il‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza ta' użu mill-ġdid.
L-użu ta' elementi (eż. test, ritratti, stampi, graffs) li huma suġġetti għad‑drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' partijiet terzi jeħtieġu l‑awtorizzazzjoni minn qabel mingħand is‑sidien tad‑drittijiet tal‑awtur. L-użu ta' kontenut li juri individwi privati identifikabbli wkoll jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid‑drittijiet ta' proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill‑permessi ġenerali msemmija hawn fuq.
Dan is‑sit elettroniku jista' jkun fih ħoloq għal siti elettroniċi oħra. Aħna m'għandna l‑ebda kontroll fuq siti ta' partijiet terzi li jkollhom rabta ma' tagħna, allura jenħtieġ li tirrieżamina l‑politiki ta' privatezza u drittijiet tal‑awtur tagħhom separatament.
Użu tal-logo tagħna, l-isem u l-abbrevjazzjoni
Ma tistax tuża mill-ġdid il-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma l-ewwel tikseb il-permess bil miktub tagħna.
Ma tistax tuża mill-ġdid ukoll l‑isem jew l‑abbrevjazzjoni tal‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri biex timplika affiljazzjoni, approvazzjoni jew rabta uffiċjali oħra mal‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri mingħajr ma l‑ewwel tikseb il‑permess bil‑miktub tagħna.
Politika ta’ privatezza
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija impenjata li tipproteġi l-privatezza tal-utenti u l-protezzjoni tad-data personali . Din il- politika ta’ privatezza tispjega kif aħna nipproċessaw id-data personali fi ħdan id-dominju eca.europa.eu. Inti tista’ ssib ukoll stqarrijiet ta’ privatezza speċifiċi f’qiegħ il-paġna.