Yes
Yes
  • 18.10.1977 - 17.10.1987

    Paul GAUDY

    Paul GAUDY

    Imwieled f’Nivelles fl-4 ta’ Awwissu 1921; studji Umanistiċi Klassiċi (Griegi u Latini); kontabbiltà industrijali; lawrja fix-xjenzi kummerċjali u finanzjarji; lekċerer fl-Institut Supérieur de Commerce Saint-Louis fi Brussell; awditur tal-kumpaniji finanzjarji fi Brussell u tad-dipartiment legali tal-Administration centrale des contributions directes (1942). Segretarju Ġenerali, id-Dipartiment tal-Istudji, responsabbli għan-negozjati (Eurochemic, Eurocontrol) u għall-ħidma internazzjonali (Komunitajiet Ewropej) (1957); Service du crédit public, impjieg part-time sakemm ġie assenjat għal dmirijiet internazzjonali f’April 1960; grad ta’ Spettur Ġenerali; Konsulent Finanzjarju tar-Rappreżentanza Permanenti inkarigata min-negozjati finanzjarji, fiskali u amministrattivi, membru sħiħ tal-kumitat baġitarju, tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, u membru supplenti tal-Kumitat tal-Fond Soċjali Ewropew; membru tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej; membru tal-grupp ta’ esperti tal-gvernaturi (1959); membru supplenti tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (1970); Awditur tal-KEFA (1971); membru tal-Bord tal-Awditjar (1972); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1977 sas-17 ta’ Ottubru 1987. Miet fl-20 ta’ Jannar 2017.
  • 18.10.1987 - 15.03.1992

    Fernand HEBETTE

    Fernand HEBETTE

    Imwieled f’Winenne fl-24 ta’ Ottubru 1923; dottorat fil-liġi, u lawrja fix-xjenzi ekonomiċi; Ekonomist u Konsulent Ekonomiku fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (1949); Spettur tal-Finanzi fil-Ministeri tal-Impjieg, tas-Sigurtà Soċjali u tal-Klassijiet Medji (1959); Konsulent għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1963). Assistent Chef de Cabinet tal-Ministru inkarigat mill-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Soċjali u l-Edukazzjoni (1966); Kap tal-Uffiċċju Ekonomiku u Soċjali tal-Prim Ministru (1968); Chef de Cabinet tal-President tal-Kumitat Ministerjali tal-Koordinazzjoni Ekonomika u Soċjali (1972); Chef de Cabinet tas-Segretarju tal-Istat għall-Baġit (1974); Spettur Ġenerali tal-Finanzi akkreditat għall-Ministru tal-Komunikazzjoni (1976); Chef de Cabinet tas-Segretarju tal-Istat għall-Baġit (1977); Spettur Ġenerali tal-Finanzi akkreditat għall-Ministru tal-Komunikazzjoni (1979); delegat ġenerali għar-riforma tal-Kontijiet tal-Istat (1982); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1987 sal-15 ta’ Marzu 1992. Miet fil-15 ta’ Marzu 1992.
  • 21.12.1992 - 09.02.1994

    Roger CAMUS

    Roger CAMUS

    Imwieled f’Bouffioulx fit-18 ta’ Diċembru 1928; lawrja fix-xjenzi kummerċjali u finanzjarji (1953); għadda l-kompetizzjoni pubblika għall-assistenti spetturi tal-finanzi (1958); irċieva t-tieni premju mill-Istitut tax-Xjenzi Amministrattivi (1963); Membru tas-Soċjetà Rjali tal-Ekonomija Politika; President tal-Groupe Économique HEC Saint-Louis. Istitut Nazzjonali tal-Istatistika (1947); diversi pożizzjonijiet fil-Cour des comptes tal-Belġju (1954); Dipartiment Speċjali tal-Investigazzjonijiet Baġitarji (1966); Kooperazzjoni teknika ta’ livell għoli fiż-Zaïre (1973); Membru tal-Cour des comptes tal-Belġju (1975); uffiċjal ta’ kollegament mal-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (1977); Awditur tal-Agence de coopération culturelle et technique f’Pariġi (1976); Assistent Chef de Cabinet tal-Ministru tas-Sigurtà Soċjali (1974); Membru tas-Centre public d'aide sociale fi Brussell (1989); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mill-21 ta’ Diċembru 1992 sad-9 ta’ Frar 1994. Miet fil-15 ta’ Ottubru 2013.
  • 10.02.1994 - 29.02.2000

    Patrick EVERARD

    Patrick EVERARD

    Imwieled f’Etterbeek fit-13 ta’ Marzu 1940; studji legali fl-Université libre de Bruxelles; inġinerija fil-qasam tan-negozju, fil-fakultà tal-liġi ta’ Nancy; industrija privata (1961-1963); Amministratur fil-Kummissjoni Ewropea. Abbozzar ta’ direttivi dwar l-armonizzazzjoni tad-dritt soċjetarju (1963); Amministratur Prinċipali fid-Direttorat Ġenerali għall-Baġits (1968). Assistent tad-Direttur Ġenerali (1972); Kap tad-Diviżjoni "Baġit ġenerali, tmexxija u informazzjoni finanzjarja" (1974); Kap tad-Diviżjoni u mbagħad Direttur responsabbli għall-għajnuna lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, fil-Qorti tal-Awdituri (1978); Direttur responsabbli għall-metodoloġija tal-awditjar (1985); Segretarju Ġenerali (1989); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mill-10 ta’ Frar 1994 sat-28 ta’ Frar 2000; Awditjar tal-miżuri favur il-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-Istati Indipendenti Ġodda (dik li kienet l-Unjoni Sovjetika) u l-Mongolja (1996). Miet fil-11 ta’ Marzu 2024.
  • 01.03.2000 - 28.02.2006

    Robert REYNDERS

    Robert REYNDERS

    Imwieled f’Ostend fit-23 ta’Mejju 1945; lawrja fl-ekonomija mill-Università ta’ Ghent; Kap tad-Diviżjoni fid-Dipartiment tar-Riċerka tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju (Bank Ċentrali); responsabbli għall-kontijiet nazzjonali u għall-kontijiet finanzjarji pubbliċi (1976); Konsulent Speċjali għall-politika ekonomika u monetarja fil-Bank tal-Burundi (Bank Ċentrali) f’isem il-Fond Monetarju Internazzjonali (1983). Chef de Cabinet tal-Ministru Federali għall-Baġit (1988); Direttur u Membru tal-Bord tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju (1991); Membru tal-Bord tal-Istitut tal-Borża Belġjan-Lussemburgiż (2000); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2000 sat-28 ta’ Frar 2006. Miet fit-8 ta’ Novembru 2021.
  • 01.03.2006 - 30.04.2018

    Karel PINXTEN

    Karel PINXTEN

    Imwieled f'Overpelt fid-19 ta’ Lulju 1952; Master fl-Ekonomija (M. Phil) mill-Università ta’ Cambridge (ir-Renju Unit) wara li rċieva borża ta' studju mill-British Council; iggradwat fl-Ekonomija; bi speċjalizzazzjoni fil-finanzi pubbliċi u fl-ekonomija monetarja, mill-Katholieke Universiteit Leuven (KUL) (Università Kattolika ta' Leuven); għandu lawrja fil-liġi mill-Università ta’ Antwerp. Mill-1977 sal-1987 huwa ħadem bħala assistent riċerkatur fil-qasam tal-finanzi pubbliċi fiċ-Ċentru għall-Istudji Ekonomiċi fil-Katholieke Universiteit Leuven; fl-1978, huwa qatta’ perjodu ta’ sitt xhur fil-Ġappun bħala r-rebbieħ ta’ premju mill-Ministeru tal-Kummerċ Barrani tal-Belġju; mill-1980 sa ma sar Ministru tal-Gvern Belġjan fl-1994, huwa kien awditur mal-Qorti tal-Awdituri Belġjana, u kien sekondat bejn l-1984 u l-1994. Mill-1983 sal-2006 huwa kien is-Sindku ta' Overpelt. Mill-1984 sal-1985, kien konsulent fil-Kabinett tal-Viċi Prim Ministru Belġjan. Mill-1985 sal-1989, kien konsulent fil-Kabinett tal-Ministru tal-Finanzi Belġjan. Bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-1989 sal-1991, huwa kien membru tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Mill-1991 sal-1994, huwa kien Membru tal-Gvern Federali tal-Belġju u membru tal-Kumitat għall-Finanzi . Huwa nħatar Ministru tad-Difiża Nazzjonali mill-1994 sal-1995 u Ministru tal-Agrikoltura u l-SMEs mill-1995 sal-1999. Matul il-mandat tiegħu bħala Membru tal-Gvern Federali tal-Belġju bejn l-1999 u l-2006, huwa kien Membru tal-kumitati għall-finanzi u l-affarijiet barranin. Fl-2004, huwa ġie elett president tal-kumitat għall-affarijiet barranin. Huwa kien Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2006 sat-30 ta’ April 2018. Fl-2015, ingħata t-titlu ta’ Baruni mill-Altezza Rjali Tiegħu, ir-Re Philippe tal-Belġju.
  • 01.01.2007 - 31.12.2012

    Nadejda SANDOLOVA

    Nadejda SANDOLOVA

    Imwielda fil-Bulgarija fis-17 ta’ April 1956; ta’ nazzjonalità Bulgara; Lawrja ta’ Master tax-Xjenza fl-Ekonomija u l-Ġestjoni fl-Università Karl Marx f’Sofia; Riċerkatur speċjalizzata fl-analiżi finanzjarja fl-Istitut tar-Riċerka tal-Ekonomija tal-Kostruzzjoni f’Sofia (1980-1986); Lettur fil-Fakultà tal-Ekonomija fl-Università St Kliment Ohridski f’Sofia (1988-2006). Kap tad-Dipartiment fil-Ministeru tal-Industrija fejn xogħolha kien jinkludi l-analiżi tad-djun tal-intrapriżi tal-Istat, u tal-krediti mogħtija lilhom, u l-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (1991); Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Sofia Bank Ltd fil-Bulgarija (1993). Membru tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Bulgarija, fejn kienet responsabbli li tawditja: il-Bank Ċentrali Bulgaru, id-dejn tal-Istat, il-Fond li Jiggarantixxi d-Depożiti Bankarji, l-Aġenzija Bulgara għall-Assigurazzjoni tal-Esportazzjoni, il-privatizzazzjoni, id-dejn estern garantit tal-Istat, u proġetti ta’ sħubija pubblika-privata. Uffiċjal ta’ Kollegament ma’ Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar oħra, inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1995); Membru tal-Bord tal-Awditjar tal-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa f’Pariġi (2004); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2012 fil-Grupp tal-Awditjar IV “Riżorsi tradizzjonali, attivitajiet bankarji, infiq amministrattiv, istituzzjonijiet u organi Komunitarji, politika interna”; Membru Supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2007); Membru tal-Awla IV “Dħul, Riċerka u politika interna, u Istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea”; Membru li rrappreżentat lill-Awla IV fl-Awla CEAD (2010).
  • 07.05.2004 - 06.05.2016

    Jan KINŠT

    Jan KINŠT

    Imwieled fi Praga fl-1965; ta’ nazzjonalità Ċeka; Gradwat fil-Finanzi mill-Università tal-Ekonomija ta’ Praga (1987). Attenda s-seminars li ġejjin: Kontabbiltà u Awditjar Pubbliku (CIPFA, Londra), Privatizzazzjoni u Finanzi Pubbliċi (JICA, Tokyo), Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi (FMI, Vjenna), Statistika tal-Finanzi tal-Gvern (FMI, Washington D.C.), Għajnuna għall-Iżvilupp għas-Settur Korporattiv (JICA, Tokyo); Ministeru tal-Finanzi Ċek, Dipartiment tal-Analiżi Finanzjarja (1988). Dipartiment tal-Baġit tal-Istat (1990); Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Baġit tal-Istat u Kap tad-Diviżjoni tal-Affarijiet tal-Baġit Ġenerali (1994); Membru tal-Kumitat tal-Finanzi ta’ CERN (1993-1996); Direttur tad-Dipartiment tal-Analiżi tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Ċeka (Nejvyšší kontrolní úřad); Irrappreżenta s-SAO Ċek fil-grupp ta’ ħidma dwar manwal tal-awditjar u magħmul minn rappreżentanti tal-QEA, tas-SIGMA u tal-esperti tal-pajjiżi kandidati. Assenjamenti bħala espert għall-Bank Dinji (1999). Inħatar Membru tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Ċeka (Lulju 2003); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2004 sas-6 ta’ Mejju 2016; Membru tal-Grupp tal-Awditjar III “Azzjonijiet Esterni”; Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti; Membru u President tal-Kumitat ta’ Verifikazzjoni; Membru u President tal-Kumitat ta’ Verifikazzjoni tal-EUROPOL; Dekan tal-Awla III “Azzjonijiet Esterni” u Membru tal-Kumitat Amministrattiv (2010); Irrappreżenta l-Awla III fl-Awla CEAD (2011). Membru u sussegwentement Dekan (2013) tal-Awla I “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”, u r-rappreżentant tagħha fl-Awla CEAD.
  • 18.10.1977 - 17.04.1983

    Arne JOHANSEN

    Arne JOHANSEN

    Imwieled f’Copenhagen fid-29 ta' Awwissu 1922; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja fil-Liġi (Juridisk Kandidat) mill-Università ta' Copenhagen (1948); uffiċjal fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1948); ċertifikat ta' aptitudni għall-professjoni ta' avukat fil-Qorti tal-Appell (1952); awditur fuq il-Bord Internazzjonali tal-Awditjar tan-NATO f’Pariġi (1957). Membru tal-bord tal-awditjar tal-ESRO f’Pariġi (1964); Kap tal-Unità fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi (1966); Kap tad-Dipartiment fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi (1972); Membru tal-Bord tal-Awditjar tal-Komunitajiet Ewropej fi Brussell (1973); Deputat Awditur tal-Kontijiet Pubbliċi (1976); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sas-17 ta' April 1983; miet fl-1 ta' Mejju 1996.
  • 18.04.1983 - 17.04.1989

    Keld BRIXTOFTE

    Keld BRIXTOFTE

    Imwieled f’Herrested fis-6 ta' Mejju 1922; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Copenhagen (1948); avukat (1948); uffiċjal fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1949); kariga proviżorja fuq il-Bord Internazzjonali tal-Awditjar tan-NATO (1956); awditur fuq il-Bord Internazzjonali tal-Awdituri tan-NATO (1960). Kap tal-Unità fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1967); Kap tad-Dipartiment fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1974); awditur delegat għall-ECMWF, Reading, ir-Renju Unit (1976); awditur delegat għall-EMBL, Heidelberg, il-Ġermanja (1978); awditur (1977); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' April 1983 sas-17 ta' April 1989; miet fit-23 ta' Settembru 1990.
  • 18.04.1989 - 30.06.1995

    Ole WARBERG

    Ole WARBERG

    Imwieled f’Vejle fl-24 ta' Ottubru 1931; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja ta' Master fl-Ekonomija mill-Università ta' Copenhagen (1957); awditur fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1957); awditur fin-NATO (1966); Kap tal-Unità fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1971). Kap tad-Dipartiment fl-Uffiċċju għall-Awditjar tal-Kontijiet Pubbliċi tad-Danimarka (1973); Deputat Awditur Ġenerali (1983); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' April 1989 sat-30 ta' Ġunju 1995; miet fl-4 ta' Ġunju 2014.
  • 01.07.1995 - 31.12.2001

    Jørgen MOHR

    Jørgen MOHR

    Imwieled f’Copenhagen fl-1940; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja fix-Xjenzi Politiċi mill-Università ta' Copenhagen u mill-Handelshøjskolen (Kulleġġ tal-Kummerċ) ta’ Copenhagen; uffiċjal fil-Ministeru tal-Finanzi u fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1965); Deputat Kap tal-Unità fir-Rigsrevisionen (L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tad-Danimarka). Kap tal-Unità responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet ta' xogħlijiet pubbliċi u għall-Ministeru ta' Greenland; membru tal-Bord Maniġerjali responsabbli għall-awditjar tal-Ministeri tal-Affarijiet Soċjali u tal-Ambjent (1971); Awditur Ġenerali (1985); membru tal-Bord tal-Appell tal-Monopolji (1987); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Lulju 1995 sal-31 ta' Diċembru 2001: responsabbli għall-awditjar tal-politiki soċjali, tal-politiki industrijali, taċ-Ċentru ta' Salonka, tal-Fondazzjoni ta' Dublin u tal-Fond ta' Koeżjoni (qasam “Protezzjoni ambjentali”).
  • 01.01.2002 - 29.02.2012

    Morten Louis LEVYSOHN

    Morten Louis LEVYSOHN

    Imwieled f’Copenhagen fil-31 ta' Marzu 1949; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Copenhagen; uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Fiduċjarju Pubbliku li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja (1972); Kap tal-Unità fir-Rigsrevisionen responsabbli għar-rapport annwali, għall-ippjanar interdipartimentali, u għall-awditjar tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali, tal-Ministeru tal-Intern u tal-Ministeru tal-Ambjent (1985). Kap tad-Dipartiment fir-Rigsrevisionen responsabbli għall-ippjanar kumplessiv u għall-ġestjoni ta' awditi finanzjarji (1995); membru ta' grupp ta' ħidma magħmul minn rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-UE u tal-QEA, u li kien inkarigat mil-“Linji Gwida Ewropej dwar l-Implimentazzjoni tal-Istandards tal-Awditjar tal-INTOSAI” (1996); Deputat Awditur Ġenerali fir-Rigsrevisionen responsabbli għall-awditi finanzjarji u għall-awditi tal-prestazzjoni tal-Ministeri tad-Difiża, tat-Tassazzjoni u tal-Ikel, kif ukoll tal-Agrikoltura u tas-Sajd (1999); uffiċjal ta’ kollegament għar-relazzjonijiet mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-Bord Internazzjonali tal-Awditjar tan-NATO (2000); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 2002 sad-29 ta' Frar 2012: responsabbli għall-awditjar tan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-UE, tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali, l-uffiċċji esterni u d-delegazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll tas-sussidji (2002); Membru tal-Grupp tal-Awditjar IV “Dħul, attivitajiet bankarji, infiq amministrattiv, istituzzjonijiet u organi Komunitarji” (2004); Dekan (2005); Membru tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni u Żvilupp”; membru supplenti tal-Kumitat Amminstrattiv (2009); Membru tal-Awla II “Politika strutturali, trasport u enerġija” u Membru li jirrappreżenta l-Awla II fis-CEAD; Dekan tal-Awla II u membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2010).
  • 01.03.2012 - 01.02.2015

    Henrik OTBO

    Henrik OTBO

    Imwieled f’Copenhagen fl-14 ta' Novembru 1949; ta' nazzjonalità Daniża; lawrja ta' Master fl-Ekonomija mill-Università ta' Copenhagen (1976); uffiċjal fir-Rigsrevisionen (L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tad-Danimarka) (1976-1984); għallem l-Ekonomija u ċ-Ċivilizzazzjoni (1980-1983) u l-Istatistika (1983) fil-Kulleġġ tal-Kummerċ ta' Copenhagen; Attaché tal-Membru Daniż fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1984-1985). Kap tal-Kabinett tal-Membru Daniż fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1985-1988); uffiċjal fir-Rigsrevisionen (1988-1989); għallem l-Istatistika fl-Università ta' Copenhagen (1988-1991); Kap tal-Unità fir-Rigsrevisionen (1989-1995); għallem l-Ekonomija u ċ-Ċivilizzazzjoni fl-Università ta' Copenhagen (1991-1995); Awditur Ġenerali tad-Danimarka (1995-2012); President tal-Kumitat tal-Istandards Professjonali tal-INTOSAI (2004-2012); sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-1 ta' Marzu 2012; Membru tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Aċċertament u Żvilupp”; miet fl-1 ta' Frar 2015.
  • 18.10.1977 - 17.10.1983

    Albert LEICHT

    Albert LEICHT

    Imwieled f’Hagenbach fl-1 ta’ Marzu 1922; ta’ nazzjonalità Ġermaniża; studja l-Liġi fl-Università ta’ Mainz (1946); “Referendar” (l-ewwel eżami fil-Liġi tal-Istat) u mbagħad “Assessor” (it-tieni eżami tal-liġi tal-Istat) (1949); prattika legali, imbagħad imħallef fil-Qorti dwar affarijiet soċujali (Sozialgericht) ta’ Speyer (1953); amministratur (“Referent” ) fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Affarijiet Kulturali ta’ Rheinland-Pfalz (1955). Membru tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag); President tas-Sottokumitat tal-Awditjar tal-Kumitat tal-Baġit tal-Bundestag (1957); President tal-Grupp CDU/CSU fuq il-Kumitat tal-Baġit (1965); Segretarju tal-Istat parlamentari fil-Ministeru Federali tal-Finanzi (1967); President tal-Kumitat tal-Baġit tal-Bundestag (1969); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Novembru 1977 sas-17 ta’ Ottubru 1983; miet fit-2 ta’ Ottubru 1994.
  • 18.10.1983 - 20.12.1989

    Lothar HAASE

    Lothar HAASE

    Imwieled f’Kassel fit-30 ta’ Awwissu 1923; ta’ nazzjonalità Ġermaniża; lawrja fix-Xjenzi Ekonomiċi mill-Università ta’ Marburg (1948); Uffiċċju Federali tax-Xogħol (1953); Membru tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) (1961); Membru tal-Kumitat tal-Baġit tal-Bundestag; Membru tal-Kumitat tal-Awditjar tal-Kumitat tal-Baġit responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet tar-Repubblika Federali (1962). President tal-Kumitat tal-Baġit (1980); President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Bundestag (1982); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1983 sal-20 ta’ Diċembru 1989; miet fit-8 ta’ Diċembru 2013.
  • 21.12.1989 - 31.12.2001

    Bernhard FRIEDMANN

    Bernhard FRIEDMANN

    Imwieled f’Ottersweier fit-8 ta’ April 1932; ta’ nazzjonalità Ġermaniża; Dottorat fl-Ekonomija , gradwat tal-Università ta’ Freiburg-in-Breisgau u tal-Iskola tal-Amministrazzjoni Ekonomika u Pubblika ta’ Freiburg-in-Breisgau; karigi ta’ livell għoli fis-Servizz Ċivili Federali tal-Ġermanja u fl-industrija; ġie elett Membru tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) (1976). Fejn kellu rwol fil-Kumitat tal-Baġit tal-Parlament u kien il-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (1982) u tal-Kumitat għall-Approvazzjoni tal-Infiq fuq id-Difiża (1985); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-21 ta’ Diċembru 1989 sal-31 ta’ Diċembru 2001, responsabbli għall-awditjar kemm tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self u ta’ sussidji fuq l-imgħax, kif ukoll tal-għajnuna mogħtija lill-Pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u lill-Istati Indipendenti Ġodda ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika; Dekan tal-Grupp tal-Awditjar responsabbli għall-għajnuna strutturali, il-politika reġjonali, il-Programmi Mediterranji Integrati u t-taqsima “Infrastruttura tat-Trasport” tal-Fond ta’ Koeżjoni (1994); President tal-Qorti (1996-1999). Miet fit-18 ta’ Mejju 2021.
  • 01.01.2002 - 31.12.2007

    Hedda VON WEDEL

    Hedda VON WEDEL

    Imwielda f’Quedlinburg/Harz fit-18 ta’ Lulju 1942; ta’ nazzjonalità Ġermaniża; Dottorat fil-Liġi; gradwata tal-ewwel u tat-tieni eżamijiet fil-Liġi tal-Istat; studji fil-Liġi fl-Universitajiet ta’ Kiel u ta’ Göttingen (il-Ġermanja) u fl-Università ta’ Bordeaux (Franza); studji fir- Relazzjonijiet Internazzjonali fiċ-Ċentru tal-Istudji tal-Università Johns Hopkins f’Bologna (l-Italja); Gvern Lokali ta’ Hildesheim (Is-Sassonja t’Isfel) (1971). Uffiċjal ta’ livell għoli fil-Ministeru Federali tar-Relazzjonijiet Intra-Ġermaniżi u fil-Ministeri tal-Intern, tal-Affarijiet Ekonomiċi u tat-Trasport tas-Sassonja t’Isfel (1975); konsulent personali fil-Ministeru tal-Intern tas-Sassonja t’Isfel (1979); Viċi President tal-Gvern Lokali ta’ Weser-Ems (1981); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Foresti fis-Sassonja t’Isfel (1983); Membru tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) (1990); President tal-Qorti Federali Ġermaniża tal-Awdituri (Bundesrechnungshof ) (1993); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2007, responsabbli għall-awditjar tal-politiki tal-biedja relatati mal-għajnuna skont l-erja, u mas-swieq tal-prodotti tal-ħalib u tal-vitella (2002); responsabbli għall-Grupp tal-Awditjar I “Preservazzjoni u tmexxija tar-riżervi naturali” (2004); Dekan tal-Grupp tal-Awditjar I (2007); Membru tal-Kumitat għall-Awditjar Intern tal-Qorti; Membru Supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti u membru tal-Kumitat Konġunt tal-Awditjar tal-Europol.
  • 01.01.2008 - 28.02.2014

    Harald NOACK

    Harald NOACK

    Imwieled fi Frankfurt am Main fit-22 ta’ April 1949; ta’ nazzjonalità Ġermaniża; Dottorat fil-Liġi mill-Università Johann Wolfgang Goethe fi Frankfurt am Main; l-ewwel u t-tieni eżamijiet tal-Liġi tal-Istat (1975); apprendist imħallef fl-uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku f’Wiesbaden u f’Hanau (Hesse); għal tliet snin kien għalliem fl-Università tax-Xjenzi Amministrattivi ta' Wiesbaden, fil-kampus ta' Frankfurt am Main (1980). Prosekutur Pubbliku (1981); rwoli amministrattivi fil-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Hesse; Kap Prosekutur Pubbliku (1984); Sotto Segretarju tal-Ministeru (Ministerialrat) (1986); Kap tad-Dipartimenti tal-Affarijiet Baġitarji u tal-Ippjanar Reġjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja ta' Hesse; Membru tal-Uffiċċju Federali tal-Awditjar (Bundesrechnungshof) u Kap tad-Diviżjoni tal-Awditjar tal-Assigurazzjoni Soċjali (1989); “Ministerialdirigent”, Kap tad-Dipartiment tas-Sorveljanza Nukleari u Protezzjoni kontra r-Radjazzjoni fil-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Affarijiet Federali ta’ Hesse (1991); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi ta' Hesse (1994); avukat speċjalizzat fil-qasam tal-liġi tal-bini, l-akkwist pubbliku u sħubiji pubbliċi-privati; membru tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi) (1999); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi ta’ Nordrhein-Westfalen (2000); membru (2004) u mbagħad Viċi Direttur Ġenerali (2005) tal-Bord Amministrattiv tal-Assoċjazzjoni Federali tal-Banek Ġermaniżi; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-28 ta’ Frar 2014: il-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; Membru Supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2008); Membru tal-Awla II “Politika strutturali, trasport u enerġija” (2010); Dekan tal-Awla II u Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2011); inħatar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bħala r-rappreżentant tagħha fuq il-Bord tal-Awdituri tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (2012).
  • 01.03.2014 - 28.02.2026

    Klaus-Heiner Lehne

    Klaus-Heiner LEHNE

    Is-Sur Lehne twieled f’Düsseldorf fit-28 ta’Ottubru 1957. Huwa studja l-liġi fl-universitajiet ta’ Freiburg, Cologne, Bonn u Düsseldorf, u għadda mit-tieni eżami Statali tiegħu fil-liġi f’Düsseldorf fl-1986. Wara eżerċita l-professjoni ta’ avukat f’Düsseldorf. Kien Membru tal-Parlament Ġermaniż mill-1992 sal-1994. Mill-1994 sal-2014, huwa kien Membru tal-Parlament Ewropew, fejn kien President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati mill-2009 sal-2014. Minbarra x-xogħol parlamentari tiegħu, is-Sur Lehne kien lekċerer tal-liġi Ewropea fl-Università ta’ Düsseldorf u fl-Università ta’ Cologne mill-2004 sal-2014. Is-Sur Lehne sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’Marzu 2014. L-ewwel kien membru tal-Awla III, li tittratta l-politiki tal-azzjoni esterna. Klaus-Heiner Lehne ġie elett President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’Settembru 2016. Huwa okkupa din il-kariga għal żewġ mandati sa Ottubru 2022. Imbagħad kompla bħala membru tal-Awla I, li tittratta primarjament l-agrikoltura, is-saħħa pubblika u l-politiki ambjentali, sakemm intemm it-tieni mandat tiegħu bħala Membru tal-Qorti fi Frar 2026.
  • 07.05.2004 - 02.10.2016

    Kersti KALJULAID

    Kersti KALJULAID

    Imwielda f’Tartu fl-1969; ta' nazzjonalità Estonjana; iggradwat mill-Università ta' Tartu, l-Estonja, b’Baċellerat tax-Xjenza fil-bijoloġija (il-ġenetika) (1992); Master fl-Amministrazzjoni Kummerċjali (2001); ħadmet għall-Hansapank Markets (dipartiment tas-servizzi bankarji tal-investiment) bħala membru assoċjat (1998). Konsulent għall-politika ekonomika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Estonjan, responsabbli għal relazzjonijiet mal-FMI u ma' istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali oħrajn (il-BERŻ, in-NIB, il-Bank Dinji); hija pparteċipat fil-ħidma preparatorja għar-riforma tal-pensjonijiet (1999); maniġer finanzjarju tal-impjant tal-enerġija Iru (2002); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2004 sal-10 ta' Ottubru 2016: assenjata għall-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; President tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2006); Membru tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, komunikazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp” (2008); Membru tal-Kumitat Konġunt tal-Awditjar tal-Europol; Membru responsabbli għad-DAS (Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni) fl-Awla CEAD “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp” (2010); inħatret bħala President tar-Repubblika tal-Estonja fl-10 ta' Ottubru 2016 għal terminu ta' ħames snin.
  • 01.01.2017 - 31.12.2022

    Juhan PARTS

    Juhan PARTS

    Imwieled f’Tallinn, l-Estonja, fl-1966; studja fl-Università ta’ Tartu u ggradwa cum laude fil-Liġi. Qabel ma ngħaqad mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), Juhan Parts kien Prim Ministru tal-Estonja (2003-2005) u qabel dan, Awditur Ġenerali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Estonja (1998-2002). Il-kompiti tas-Sur Parts fil-QEA ffukaw fuq id-difiża u l-affarijiet barranin. Huwa kien responsabbli għal ħafna rapporti speċjali, inkluż dwar l-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent u dwar it-tnaqqis tal-korruzzjoni kbira fl-Ukrajna. Juhan Parts ippresieda t-Task Force dwar il-Prospettiva Futura u kien ukoll membru tal-Bord Konsultattiv dwar l-Istrateġija u l-Prospettiva.
  • 18.10.1977 - 17.05.1986

    Michael MURPHY

    Michael MURPHY

    Imwieled f’Cork fid-19 ta’ Jannar 1919; diversi karigi fis-servizz pubbliku (1937); uffiċjal amministrattiv u wara assistent uffiċjal prinċipali fil-Ministeru tal-Finanzi (1946); uffiċjal prinċipali (1962) u Assistent Sotto Segretarju responsabbli għall-Baġit tal-Istat (1968); Sotto Segretarju, “Kap tad-Diviżjoni tal-Infiq Pubbliku”, responsabbli għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-infiq pubbliku (1971). Segretarju Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi; Direttur tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda; Gvernatur Supplenti tal-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp; membru tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji fuq Terminu Qasir (KEE); membru tan-National and Economic Social Council; Membru tan-National Science Council; membru tal-bord u tal-kumitat eżekuttiv tal-Istitut għar-Riċerka Ekonomika u Soċjali; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1977 sas-17 ta’ Mejju 1986; President tal-Qorti (1977-1981); miet fit-28 ta’ Marzu 2009.
  • 18.05.1986 - 09.02.1994

    Richie RYAN

    Richie RYAN

    Imwieled f’Dublin fis-27 ta’ Frar 1929; gradwat fl-Ekonomija, fil-Liġi u fix-Xjenzi Politiċi mill-Università ta' Dublin; avukat fil-qasam tal-kummerċ u tat-taxxa; direttur ta' kumpanija; membru tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ekonomija u tal-Finanzi; gvernatur tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Ewropew tal-Investiment; Ministru tal-Finanzi u tas-Servizzi Pubbliċi (1973). President tal-Kunsill (1975); Membru tal-Parlament Ewropew (1977); l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew (1984); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Mejju 1986 sad-9 ta’ Frar 1994; miet fis-17 ta’ Marzu 2019.
  • 10.02.1994 - 29.02.2000

    Barry DESMOND

    Barry DESMOND

    Imwieled f’Cork fl-1935; Master fil-Kummerċ mill-Università Nazzjonali tal-Irlanda; membru tal-Istitut tal-Inġiniera Industrijali; Education and Industrial Officer fil-Kungress tat-Trade Unions Irlandiż (1961); Membru tal-Parlament Irlandiż (Dáil Éireann) (1969); delegat fl-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa (1973); Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Irlandiż (1981). Membru tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (1987); Membru tal-Parlament Ewropew: Viċi President tal-Kumitat Ekonomiku, Monetarju u tal-Politika Industrijali; Viċi President tal-Grupp tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej; membru tad-delegazzjonijiet PE-AKP u PE-USA (1989); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-10 ta’ Frar 1994 sad-29 ta’ Frar 2000: responsabbli għas-settur “FAEGG-Gwida, Riċerka”; Dekan tal-Grupp tal-Awditjar I, responsabbli għas-settur “FAEGG I (prodotti li ġejjin mill-annimali, zokkor, sajd)” (1996).
  • 01.03.2000 - 09.02.2010

    Máire GEOGHEGAN-QUINN

    Máire GEOGHEGAN-QUINN

    Imwielda f’Carna, Kontea ta' Galway, fil-5 ta' Settembru 1950; gradwata mill-Carysfort Teacher Training College, Blackrock, Kontea ta' Dublin; Membru tal-Parlament Irlandiż (Dáil Éireann) (1975); Segretarju Parlamentari tal-Ministru tal-Industrija, il-Kummerċ u l-Enerġija (1977); Ministru tal-Istat fl-istess Ministeru (1978); l-ewwel ministru mara minn meta twaqqaf l-Istat; Ministru tal-Gaeltacht (1979). Ministru tal-Istat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni (1982); President tal-ewwel Kumitat Parlamentari tad-Diversi Partijiet Interessati dwar id-Drittijiet tan-Nisa (1982); membru tal-Kumitat tad-Diversi Partijiet Interessati dwar it-Tkissir ta’ Żwieġ; Ministru tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej (1987); responsabbli għall-koordinazzjoni tal-Presidenza Irlandiża tal-Unjoni Ewropea (1990); President tal-Kumitat Interministerjali tal-Politika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-konfigurazzjonijiet Baġit, Kultura, Żvilupp u Telekomunikazzjoni tal-Kunsill matul il-Presidenza Irlandiża; Ministru tat-Turiżmu, it-Trasport u l-Komunikazzjoni; responsabbli għal 11 mill-impriżi pubbliċi l-aktar importanti fl-Irlanda (1992); Ministru tal-Ġustizzja (1993), membru tat-tim tal-Gvern Irlandiż li nnegozja d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Diċembru 1993, li saret mill-Gvern Brittaniku u dak Irlandiż, dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fl-Irlanda; karriera fis-settur privat bħala konsulent kummerċjali; Direttur Mhux Eżekuttiv ta' żewġ kumpaniji importanti Irlandiżi; kittieba ta' rubrika kull ġimgħa fil-gazzetta Irish Times u xandara mat-TG4 (Stazzjon televiżiv bil-lingwa Irlandiża) (1997); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2000 sad-9 ta’ Frar 2010: responsabbli għall-awditjar tal-prodotti li ġejjin mill-annimali u mill-pjanti, infiq ieħor tal-FAEGG u miżuri agrikoli (2000); responsabbli għad-diviżjoni ADAR (Żvilupp tal-Awditi u Rapporti) tal-Qorti; Dekan tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni, Żvilupp” (2002); membru tal-Grupp tal-Awditjar III “Azzjonijiet Esterni” (2006); membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti mill-bidu nett tiegħu (2009).
  • 31.03.2010 - 29.02.2012

    Eoin O'SHEA

    Eoin O'SHEA

    Imwieled fil-Kontea ta' Galway fl-1976; Kontabilista Kwalifikat mill-Institute of Chartered Accountants fl-Irlanda; membru tal-Istitut tat-Tassazzjoni tal-Irlanda; gradwat fil-Liġi Kummerċjali, mill-Law Society tal-Irlanda; fl-Istudji Legali, mill-Honorable Society of King’s Inns, l-Irlanda; fil-Litigazzjoni Kummerċjali, mil-Law Society tal-Irlanda; fl-Insolvenza u Ristrutturar Korporattiv, mil-Law Society tal-Irlanda; Kontabilista Kwalifikat ma' Deloitte & Touche, Dublin (1996). President tal-Ground Marketing Group (Havas Plc/4D Ireland) (2000); President tal-Istitut tal-Konsulenti tal-Ġestjoni fl-Irlanda (2005); Kap Eżekuttiv tal-Istitut tad-Diretturi fl-Irlanda (2006); membru tal-kumitat tal-awditjar ta' An Garda Síochána (Il-Forza tal-Pulizija tal-Irlanda) (2009); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-31 ta’ Marzu 2010 sad-29 ta’ Frar 2012: Membru tal-Grupp tal-Awditjar III “Azzjonijiet esterni”; Membru tal-Awla IV “Dħul, Riċerka u politika interna, u Istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea”; Membru supplenti tal-Awla CEAD “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp”; Membru relatur għall-ħidma tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji tal-UE.
  • 01.03.2012 - 28.02.2018

    Kevin CARDIFF

    Kevin CARDIFF

    Imwieled f’Dublin fl-24 ta’ Frar 1961; Baċellerat fl-Arti, Università ta’ Washington (1983); Master fl-Istudji Kummerċjali, University College Dublin (1991); Diploma fil-Liġi Finanzjarja Applikata, Law Society of Ireland (2003). Segretarju Ġenerali, id-Dipartiment tal-Finanzi (2010-2012); Sotto Segretarju Ġenerali, id-Dipartiment tal-Finanzi (2006-2010). Assistent Segretarju, il-Politika Fiskali, id-Dipartiment tal-Finanzi (2005-2006); Assistent Segretarju, it-Taqsima tal-Banek, tal-Finanzi u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Finanzi (2001-2005); Prinċipal, it-Taqsima tal-Libertà tal-Informazzjoni u l-Politika Ċentrali tal-Etika, id-Dipartiment tal-Finanzi (1999-2001); Prinċipal, it-Taqsima tal-Baġits Amministrattivi, id-Dipartiment tal-Finanzi (1998-1999); Assistent Prinċipal, il-Politika tal-Pensjonijiet tas-Settur Pubbliku, id-Dipartiment tal-Finanzi (1996-1998); Assistent Prinċipal, it-Taqsima tal-Politika Monetarja u tar-Rati tal-Kambju, id-Dipartiment tal-Finanzi (1989-1996); uffiċjal amministrattiv, negozjar tad-dejn domestiku tal-Gvern (assistent negozjatur tal-bonds), id-Dipartiment tal-Finanzi (1988-1989); Kap Amministrattiv, kundizzjonijiet tax-xogħol tas-servizz ċivili, id-Dipartiment tal-Finanzi/id-Dipartiment tas-Servizz Pubbliku (1986-1988); Kap Amministrattiv, il-politika dwar il-pagi, id-Dipartiment tas-Servizz Pubbliku (1984-1986). Minbarra r-responsabbiltajiet imsemmija hawn fuq, is-Sur Cardiff kellu għadd ta’ pożizzjonijiet fis-snin reċenti: Membru tal-Kummissjoni tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda; Deputat Direttur u Direttur tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment; President u membru tal-Grupp Strateġiku Fiskali tal-Gvern Irlandiż; Rappreżentant tal-Irlanda għall-Grupp “Kodiċi ta' Kondotta” dwar it-tassazzjoni tal-UE; kif ukoll membru u membru sostitut tal-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji tal-UE. Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2012 sat-28 ta’ Frar 2018: Huwa kien membru tal-Awla I “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”, tal-Awla CEAD “Koordinazzjoni, Evalwazzjoni, Aċċertament u Żvilupp, fejn kien responsabbli għall-iżvilupp tal-awditjar u l-analiżi tal-awditjar, kif ukoll tal-Awla IV – “Regolamentazzjoni tas-Swieq u Ekonomija Kompetittiva”.
  • 01.01.1981 - 17.10.1983

    Georges VITALIS

    Georges VITALIS

    Imwieled f’Ateni fl-1924; ta' nazzjonalità Griega; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Ateni; avukat (1949); Kummissarju tal-Ġustizzja (1952); evalwatur fil-Qorti tal-Prim’Istanza (1954); assenjat bħala Mħallef għan-Nazzjonijiet Uniti mill-Gvern Grieg (1962); President tal-Qorti tal-Prim’Istanza (1965); imħallef fil-Qorti tal-Appell (1967); konsulent fil-Qorti tal-Awdituri Griega (1975). Viċi President tal-Qorti tal-Awdituri Griega, inkarigat mill-awditjar ta’ finanzi pubbliċi u persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi pubblika (1980); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1981 sas-17 ta' Ottubru 1983; miet fl-10 ta' Settembru 2013.
  • 18.10.1983 - 20.12.1989

    Stergios VALLAS

    Stergios VALLAS

    Imwieled f’Platanos Trikalon fl-1926; ta' nazzjonalità Griega; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Ateni (1952); studji postgradwatorji fil-Liġi Kummerċjali u Ewropea fl-Università ta' Pariġi; uffiċjali fil-Ministeru tal-Komunikazzjoni (Direttorat Ġenerali tal-Posta) (1948); avukat fil-Kamra tal-Avukati ta’ Ateni (1955). Kummissarju tal-Ġustizzja (1956); evalwatur u mbagħad Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza (1957); President tal-Qorti tal-Prim’Istanza (1970); Imħallef fil-Qorti tal-Appell u Sindku ta' Salonka (1974); konsulent fil-Qorti tal-Awdituri Griega (1979); Membru tal-Qorti Ewropeatal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1983 sal- 20 ta' Diċembru 1989; miet fid-9 ta' Novembru 2003.
  • 21.12.1989 - 31.12.1995

    Constantinos ANDROUTSOPOULOS

    Constantinos ANDROUTSOPOULOS

    Imwieled f’Pyrgos Ilia fl-1923; ta' nazzjonalità Griega; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Ateni; avukat f’Ateni (1952); evalwatur u mbagħad Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza (1954); evalwatur fis-Servizz Legali tal-Istat (1964); konsulent legali tal-Istat fil-Ministeru tal-Koordinazzjoni (Ministeru tal-Ekonomija Nazzjonali) u l-Ministeri tal-Kultura u x-Xjenza, l-Affarijiet Barranin, l-Agrikoltura u d-Difiża (1969). Ipparteċipa fl-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali fl-Università ta' Dallas (1972); ħa sehem fin-negozjati rigward l-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet Ewropej, li saru ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Greċja, fi Brussell (1975); konsulent legali fil-Ministeru tal-Agrikoltura (1976); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-21 ta' Diċembru 1989 sal-31 ta' Diċembru 1995 ; miet fl-1 ta' Jannar 1998.
  • 01.01.1996 - 31.12.2001

    Kalliopi NIKOLAOU

    Kalliopi NIKOLAOU

    Imwielda f’Assos-Korinthos fl-1937; ta' nazzjonalità Griega; lawrja fl-Ekonomija mill-Università ta' Bonn; lawrja ta’ Master fl-ekonomija mill-Università ta' Berkeley; Dottorat fl-Ekonomija mill-Università ta' Bonn; espert u riċerkatur fiċ-Ċentru għall-Ippjanar u r-Riċerka Ekonomiċi, responsabbli għas-settur industrijali. Membru tal-Parlament Ewropew, koordinatur għall-baġit (1981); President tal-Kumpanija Immobiljari Nazzjonali Ellenika; Ambaxxatur/Rappreżentant Permanenti tal-Greċja għall-OECD (1993); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 2001: responsabbli għall-awditjar tal-infiq mill-Garanzija tal-FAEGG 2.
  • 01.01.2002 - 31.12.2013

    Ioannis SARMAS

    Ioannis SARMAS

    Imwieled fil-gżira ta’ Kos fil-21 ta' Marzu 1957; ta' nazzjonalità Griega; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Ateni, ġie kklassifikat fl-ewwel post fis-sena tiegħu (1975); diplomi ta’ studji avvanzati mill-Università ta’ Pariġi II Sorbonne fil-Liġi Kriminali (1980), fil-Liġi Pubblika (1982) u fil-Finanzi Pubbliċi (1983). Għallem il-“Metodoloġija tal-Liġi u tal-Finanzi Pubbliċi” fl-Iskola Nazzjonali Griega tal-Amministrazzjoni Pubblika (1989) u l-“Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem” fl-Iskola Nazzjonali Griega għall-Maġistratura (1997); teżi tad-Dottorat fil-Liġi (1985, distinzjoni ta' très honorable); ipparteċipa kompetizzjonijiet ta’ reklutaġġ organizzati mill-Kunsill tal-Istat Grieg u mill-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni (l-ewwel post fiż-żewġ kompetizzjonijiet); Maġistrat fil-Kunsill tal-Istat Grieg (1987); Maġistrat fil-Qorti tal-Awdituri Griega (1993); Viċi President tal-Qorti tal-Awdituri Griega; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2013: Dekan tal-Awla I “Preservazjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali”; responsabbli għall-awditjar tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tan-nefqa operazzjonali kemm tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik tal-Iskejjel Ewropej; Membru responsabbli għall-iżvilupp tal-metodoloġija tal-Qorti, u għas-settur tar-riċerka; President tal-kumitat responsabbli għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esterni tal-Membri tal-Qorti; membru u President tal-kumitat tal-awditjar għall-Europol.
  • 27.01.1986 - 09.02.1994

    Josep SUBIRATS

    Josep SUBIRATS

    Imwieled f’Tortosa fl-1 ta' Mejju 1920; ta' nazzjonalità Spanjola; Dottorat fl-Ekonomija; kontabilist; awditur; professur tal-Politika tat-taxxa korporattiva fl-Università Awtonoma ta' Barċellona; direttur tal-gazzetta El Pueblo (1936); direttur tal-perjodiku Ara; senatur fl-Assemblea Kostitwenti (1977). Membru tal-kumitat konġunt Senat-Kungress għall-kwistjonijiet baġitarji, finanzjarji u dawk relatati mal-baġits tas-Senat; reġa' ġie elett senatur tal-Provinċja ta' Tarragona (1979); viċi president tal-kumitat tal-baġit; membru tal-kumitati tal-finanzi, tal-baġit, tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali, tal-Istatut u tal-presidenza, kif ukoll membru tad-deputazzjoni permanenti tas-Senat; membru tad-delegazzjoni ta' rappreżentanti tal-Assemblea tal-Membri Parlamentari tal-Katalonja li nnegozjaw l-istatut awtonomu tar-reġjun mal-Kumitat Kostituzzjonali tal-Kungress; kelliem u segretarju tal-grupp parlamentari “Il-Katalonja, demokrazija u soċjaliżmu”; membru tas-sezzjoni permanenti tal-grupp soċjalist u koordinatur tal-attivitajiet ta' dan il-grupp fil-qasam ekonomiku, finanzjarju u dak baġitarju; membru tal-kumitati fis-Senat responsabbli għar-rappurtar dwar il-baġit tal-Istat kif ukoll tal-kumitati konsultattivi dwar l-abbozzar ta’ liġijiet fiskali u ekonomiċi (1978); rappreżentant tas-Senat fir-Repubblika Federali tal- Ġermanja u fil-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward ta' kwistjonijiet fiskali u ekonomiċi; president tas-sezzjoni tal-awditjar u membru tal-kumitat amministrattiv (Comisiὀn de Gobierno) tal-Qorti tal-Awdituri Spanjola; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-27 ta' Jannar 1986 sad-9 ta' Frar 1994.
  • 10.02.1994 - 29.02.2000

    Antoni CASTELLS

    Antoni CASTELLS

    Imwieled f’Barċellona fl-24 ta' Settembru 1950; ta' nazzjonalità Spanjola; Dottorat fl-Ekonomija; professur fl-Università ta' Barċellona; president tal-finanzi pubbliċi (1989); president ta' waħda miż-żewġ awli tas-Sindicatura de Comptes de Catalunya (1984-1989). Membru tal-Parlament tal-Katalonja, membru tal-kumitat tal-baġit (1992-1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-10 ta' Frar 1994 sad-29 ta' Frar 2000: responsabbli għas-settur “Riżorsi proprji” u s-“Settur reġjonali – Trasport – Turiżmu” (1996).
  • 01.03.2000 - 28.02.2006

    Juan Manuel FABRA VALLÉS

    Juan Manuel FABRA VALLÉS

    Imwieled f’Tortosa fl-4 ta' Frar 1950; ta' nazzjonalità Spanjola; iggradwat mill-Università Complutense ta' Madrid; president tal-fergħa tal-Partit Popolari ta' Tarragona (1978); Membru tal-Parlament ta' Tarragona; membru tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO (1982). Kelliem għall-Partit Popolari ta' Tortosa (1979); president reġjonali tal-fergħa Katalana tal-Partit Popolari; membru tal-Kumitat Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Popolari (1986); deputat president tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1989); Membru tal-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (1991); Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, Kumitat għall-Affarijiet Barranin, u l-Politika ta' Sigurtà u Difiża (1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2000-2006): President tal-Qorti, 2002-2005; miet fis-16 ta' April 2012.
  • 01.03.2006 - 29.02.2012

    Juan RAMALLO MASSANET

    Juan RAMALLO MASSANET

    Imwieled f’Palma de Mallorca, fl-1943; ta' nazzjonalità Spanjola; Dottorat fil-Liġi mill-Università Complutense ta' Madrid; assistent professur u riċerkatur fl-Università Complutense (1969); professur fl-Università ta' Valladolid (1976) u fl-Università tal-Gżejjer Baleariċi (1977); Dekan tal-Fakultà tal-Liġi (1978). Maġistrat supplenti fil-Qorti Suprema tal-Ġustizzja fil-Gżejjer Baleariċi (1979); Viċi Rettur tal-Università tal-Gżejjer Baleariċi (1980); Membru tal-Parlament Spanjol (1982); president tal-Kumitat għall-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Finanzi (1983); membru tal-Kumitat tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u membru tal-kumitat konġunt Senat-Kungress responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri rigward l-eżaminar tal-kontijiet nazzjonali (1984); irrappreżenta l-Parlament Spanjol fil-laqgħat tal-Unjoni Interparlamentari (1985); konsulent għall-Istitut tal-Istudji Fiskali, li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Finanzi Spanjol; ipparteċipa fl-abbozzar tar-“Rapport dwar il-ġestjoni ekonomika u finanzjarja tan-nefqa pubblika fi Spanja” (1990); responsabbli għat-tħejjija u l-abbozzar ta' appelli għall-Qorti Kostituzzjonali kontra l-liġijiet li jakkumpanjaw il-baġits tal-Istat Spanjol (1997); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Marzu 2006 sad-29 ta' Frar 2012, assenjat għall-Grupp tal-Awditjar IV “Dħul, attivitajiet bankarji, nefqa amministrattiva, istituzzjonijiet u organi tal-Unjoni u politika interna”.
  • 01.03.2012 - 29.02.2024

    Baudilio TOMÉ MUGURUZA

    Baudilio TOMÉ MUGURUZA

    Imwieled León fit-12 ta’ Mejju 1962. Gradwat fil-Liġi (1985), kif ukoll fl-Ekonomija u l-Kummerċ (1989); Master’s fil-Liġi, u l-Programm tat-Taxxa Internazzjonali minn Harvard Law School (1992). Lettur tal-finanzi pubbliċi fl-Universidad Complutense de Madrid mill-1993 sal-1995. Sar spettur tal-finanzi tal-Istat fl-1986. Spettur tat-taxxa fl-uffiċċju tat-taxxa f’A Coruña mill-1988 sal-1989, imbagħad koordinatur tat-taxxa korporattiva fid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni. Membru tal-Qorti Ekonomika Amministrattiva ta’ Madrid mill-1995 sal-1996. Mill-1996 sal-2000, Direttur tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Spanjol, u mbagħad Direttur tal-Uffiċċju tal-Baġit tal-Prim Ministru. Segretarju tal-Istat għat-Telekomunikazzjoni u s-Soċjetà tal-Informazzjoni fi ħdan il-Ministeru għax-Xjenza u t-Teknoloġija mill-2000 sal-2002. Fl-2002, Direttur tad-Dipartiment tar-Riċerka u l-Komunikazzjoni Politika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u Segretarju Ġenerali tal-Fondazzjoni għall-Analiżi u l-Istudji Soċjali. Elett bħala membru tal-Kungress tad-Deputati tliet darbiet (2004, 2008 u 2011). Membru tal-kumitati dwar l-ekonomija u l-finanzi, il-baġits, u x-xjenza u t-teknoloġija. Maħtur mill-partit tiegħu bħala kelliem għall-finanzi fil-Kumitat għall-Ekonomija u l-Finanzi fi ħdan il-Kungress tad-Deputati. Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2012 sad-29 ta’ Frar 2024: Membru fl-Awla IV (2012–2018), li tagħha nħatar Dekan fl-2016; Membru fl-Awla III (2018–2023); u President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar (2023–2024).
  • 18.10.1977 - 20.12.1989

    Pierre LELONG

    Pierre LELONG

    Imwieled f’Pariġi fit-22 ta' Mejju 1931; ta' nazzjonalità Franċiża; lawrja fil-Liġi; gradwat mill-Institut d’Etudes Politiques ta' Pariġi; studja fl-École d’Administration, it-Taqsima tal-Ekonomija u Finanzi (1956); Ministru tal-Finanzi (1958); Segretarju Ġenerali għal Kwistjonijiet ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Interministerjali (1961). Konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1962); Konsulent f’Livell Għoli fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża; Direttur tal-Fond ta' Gwida u Regolamentazzjoni tas-Swieq Agrikoli (1967); Membru tal-Parlament ta' Finistère (1968); Segretarju tal-Istat għall-Posta u t-Telekomunikazzjoni (1974); Amministratur tal-Caisse Nationale de Crédit Agricole u tal-Air France; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-20 ta' Diċembru 1989; President tal-Qorti mill-1981 sal-1984.
  • 21.12.1989 - 16.12.1995

    Daniel STRASSER

    Daniel STRASSER

    Imwieled f’Pariġi fl-10 ta' Ġunju 1929; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat mill-Institut d’Etudes Politiques ta' Pariġi (1950); Dottorat fix-Xjenzi Ekonomiċi, gradwat fil-Liġi Pubblika; Konsulent għall-Presidenza tal-Kunsill Governattiv, il-Kabinett tas-Segretarju Ġenerali tal-Gvern responsabbli għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1953). Issekondat għall-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea (is-Suq Komuni) bħala Amministratur Prinċipali fis-Segretarjat Eżekuttiv; Assistent għad-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni (1959); Direttur tal-Affarijiet Interni (1963); Direttur tal-Amministrazzjoni (1968); Direttur tal-Persunal (1970); Direttur tal-Baġits (1973); Direttur Ġenerali għall-Baġits tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1977); Konsulent f’Livell Għolifil-Qorti tal-Awdituri Franċiża f’kariga straordinarja; Delegat għal kwistjonijiet relatati mal-ispazju tal-ajru (1986); President tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tad-Dutturi fl-Ekonomija, President tal-Bureau Eżekuttiv (1978); Professur tal-Finanzi Pubbliċi Ewropej fil-Kulleġġ tal-Ewropa, Bruges (1981); Professur fiċ-Ċentru Ewropew fl-Università ta' Nancy; Professur Mistieden fl-Università ta' Strasburgu (1983); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-21 ta' Diċembru 1989 sas-16 ta' Diċembru 1995; miet fis-16 ta' Diċembru 1995.
  • 01.01.1996 - 31.12.2007

    Jean-François BERNICOT

    Jean-François BERNICOT

    Imwieled f’Pariġi fil-5 ta' Marzu 1948; ta' nazzjonalità Franċiża; lawrja fl-Inġinerija mill-Akkademja Navali Franċiża, gradwat mill-Kulleġġ ta' Amministrazzjoni tal-Affarijiet Marittimi (Franza), u mill-Harvard's John F. Kennedy School of Government (l-Istati Uniti); diversi karigi fil-Ministeru tad-Difiża, fil-Ministeru tat-Trasport u tal-Affarijiet Marittimi, kif ukoll fil-Missjoni Marittima Interministerjali (1968). Awditur u mbagħad Conseiller référendaire fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża fejn kien inkarigat mill-awditjar tal-Ministeri tal-Edukazzjoni u tar-Riċerka, kif ukoll tal-Ministeri tal-Affarijiet Barranin u tal-Kooperazzjoni; inkarigat mill-awditjar estern ta' kontijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (1987); membru tal-kumitati tal-INTOSAI u tal-EUROSAI (1988); relatur fil-Qorti tad-Dixxiplina Baġitarja u Finanzjarja (1990); Konsulent għall-Prim President (First President) tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża, responsabbli għat-twaqqif ta' Dipartiment għall-Affarijiet Internazzjonali u Ewropej, u sussegwentement ħadem bħala Deputat Segretarju Ġenerali tal-Qorti (1993); membru tal-Awla Nazzjonali tad-Dixxiplina għall-Awdituri fis-Settur Privat; irrappreżenta l-Ordni ta’ Kontabilisti Franċiżi fi ħdan il-kumitat tas-settur pubbliku tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC); għallem il-Finanzi Pubbliċi Komunitarji f’livell postgradwatorju fl-Università Paris I; lekċerer f’livell għoli fl-École Nationale d'Administration (ENA); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 2007; responsabbli għas-settur “Awditjar tar-riżorsi proprji u tar-rimborżi għall-Istati Membri”; responsabbli għat-twaqqif tas-settur tal-awditjar ġdid “Żvilupp rurali, sajd u baħar” (2000); Dekan tal-Grupp tal-Awditjar I “Preservazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali”, responsabbli għall-awditjar tas-swieq ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u mill-pjanti, l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-baħar (2002).
  • 01.01.2008 - 31.12.2013

    Michel CRETIN

    Michel CRETIN

    Imwieled f’Lons-Le-Saunier fis-17 ta' Awwissu 1942; ta' nazzjonalità Franċiża; gradwat mill-École des Hautes Études Commerciales (HEC) u mill-École Nationale d'Administration (ENA); maġistrat fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża (1969); rappreżentant tal-Prim President (First President) fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża bħala Direttur tal-Bord tal-Awdituri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York (1986). Direttur tat-Taskforce tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) f’Ġinevra (1989); rappreżentant permanenti f’Ruma tal-Prim President tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża u Direttur tal-Awditjar Estern tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u tal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) tan-Nazzjonijiet Uniti (1994); Membru tal-Bord tal-Awdituri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) fi Brussell (1998); President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża (2005); fl-istess żmien li kien qed jaqdi dmirijietu fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża, huwa rrappreżenta wkoll lil Franza fil-Kumitat tas-Settur Pubbliku tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) (1989); Membru tal-Kumitat inkarigat mill-istabbiliment tal-Istandards tal-Kontabbiltà tal-Istat Franċiż; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013; Membru tal-Grupp tal-Awditjar I “Preservazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali” (2008); Dekan tal-Awla I “Preservazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali” u Membru tal-Kumitat Amministrattiv (2010).
  • 01.01.2014 - 31.12.2019

    Danièle LAMARQUE

    Danièle LAMARQUE

    Imwielda f’Bayonne fit-22 ta’ Jannar 1953; gradwata mill-Iskola Nazzjonali għas-Servizz Pubbliku (ENA). Maġistrat fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża (1984), imbagħad, Kap ta’ żewġ Kmamar Reġjonali tal-Awditjar (Rouen u Marseille). President (2020-2021) tas-Soċjetà għall-Evalwazzjoni Ewropea, membru ta’ diversi gruppi ta’ riflessjoni u netwerks akkademiċi.
  • 01.01.2020 - 31.12.2025

    François-Roger CAZALA

    François-Roger CAZALA

    Imwieled f’Châteauroux fit-13 ta’ Lulju 1957. Istitut tal-Istudji Politiċi ta’ Pariġi (“Sciences Po”), BA fil-Liġi, eks student tal-École nationale d’administration, CGAP-IIA. Awditur (1981), imbagħad awditur anzjan (1985) u awditur prinċipali (1999) fil-Cour des comptes ta’ Franza. Membru ta’ kabinetti ministerjali bħala konsulent tekniku (servizz pubbliku) u Direttur tal-kabinett (ambjent), Viċi Direttur mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u mbagħad Kunsillier fl-Ambaxxata Franċiża fil-Ġermanja, amministratur prinċipali mal-OECD mill-1998 sal-2008 fil-qafas tal-programm SIGMA li jagħti appoġġ għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, membru ta’ timijiet tal-awditjar ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (EUMETSAT, UNODC) u Direttur tal-Awditu estern tas-CTBTO, membru fi ħdan l-Haut conseil du commissariat aux comptes (Kunsill Għoli tal-Awdituri Uffiċjali) u membru, imbagħad Viċi President tal-Bord tal-Awdituri tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
  • 15.07.2013 - 14.07.2019

    Neven MATES

    Neven MATES

    Imwieled f’Zagreb fl 1951; Lawrja ta’ Baċellerat mill Fakultà tax Xjenza Politika fl Università ta’ Zagreb (gradwat fl 1975); Lawrja ta’ Master fl Ekonomija, mill Fakultà tal Kummerċ Barrani fl Università ta’ Zagreb (gradwat fl 1981); PhD fl Ekonomija, mill Fakultà tal Ekonomija fl Università ta’ Zagreb (gradwat fl 1988); Rebbieħ ta’ borża ta’ studju Fulbright f’livell ta’ postdottorat, North Western University, Evanston, IL, l Istati Uniti tal Amerka (gradwat fl 1990). Diversi karigi ta’ riċerka, inkluż bħala Kap tad Diviżjoni għall politika monetarja u Fellow ta’ Riċerka, l Istitut tal Ekonomija, Zagreb, il Kroazja (sal 1992); Membru ta’ kumitati konsultattivi dwar il politika makroekonomika u r riformi strutturali ffurmati mill Gvern Federali ta’ dik li kienet l RFS tal Jugoslavja (sal 1989); Membru tal Bord tal-Aġenzija għar Riabilitazzjoni Bankarja tal Gvern ta’ dik li kienet l RFS tal Jugoslavja (sal 1990); Konsulent tal Gvernatur tal Bank Nazzjonali tal Kroazja rigward l introduzzjoni tal ewwel munita Kroata b’segwitu għad dikjarazzjoni tal indipendenza Kroata (sal 1992); Ekonomista Fiskali għall Pakistan, Dipartiment tal Affarijiet Fiskali (sal 1993); Ekonomista Fiskali għall Polonja, Dipartiment tal Affarijiet Fiskali (sal 1995); Uffiċjal b’responsabbiltà ġeografika għall Eks-Repubblika Jugoslava tal Maċedonja, Dipartiment Ewropew (sal 1997); Uffiċjal b’responsabbiltà ġeografika għas Slovakkja, Dipartiment Ewropew (sal 1999); Kap tal Missjoni għall Albanija (2000); Kap tal Missjoni għar Rumanija (sal 2004); Rappreżentant residenti prinċipali, Kap tal Uffiċċju tal FMI f’Moska, ir Russja (sal 2009); Kap tal Missjoni għall Belarussja, flimkien mal kariga f’Moska (sal 2009); Membru tal Persunal, FMI, Washington DC, l Istati Uniti tal Amerka (1992-2009); Konsulent prinċipali, Bank Nazzjonali Kroat (2009-2013). 2013 sar Membru tal Qorti Ewropea tal Awdituri, u nħatar għall Awla IV – Dħul riċerka u politiki interni, u istituzzjonijiet u korpi tal Unjoni Ewropea.
  • 18.10.1977 - 31.12.1992

    Aldo ANGIOI

    Aldo ANGIOI

    Imwieled f’Ruma fil-11 ta' April 1927; ta' nazzjonalità Taljana; lawrja ta' Master fil-liġi (1947); għadda mill-kompetizzjoni tal-amministraturi għall-Ministeru tal-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (1949); maġistrat fil-Corte dei Conti (il-Qorti tal-Awdituri Taljana) (1953); konsulent fil-Corte dei Conti (1970). Membru tal-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO (1973); President tal-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO (1974); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-31 ta' Diċembru 1992: President tal-Qorti mill-1990 sal-1992. Miet fl-24 ta’ Ottubru 2020.
  • 01.01.1993 - 28.02.2006

    Giorgio CLEMENTE

    Giorgio CLEMENTE

    Imwieled f’Ruma fit-18 ta' Diċembru 1939; ta' nazzjonalità Taljana; lawrja fil-liġi mill-Università ta' Ruma u lawrja f’livell ogħla fil-liġi dwar l-impjiegi, mill-istess università; diversi funzjonijiet maniġerjali fil-Ministeri tad-Difiża, tal-Posta, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u tat-Trasport (1962). Maġistrat fil-Corte dei Conti, assenjat għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Komunitarji, għall-ewwel sezzjoni ġurisdizzjonali fil-qasam tal-kontijiet pubbliċi, u għall-uffiċċju inkarigat mill-koordinazzjoni ta' awditi ex post (1972); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Frar 2006: responsabbli għas-settur “Garanzija tal-FAEGG” (proċeduri ta' ġestjoni u kontroll tal-baġit, u kwistjonijiet ġenerali); responsabbli għall-awditjar tas-settur “Fondi Ewropej għall-Iżvilupp” (1996).
  • 01.03.2006 - 28.11.2011

    Massimo VARI

    Massimo VARI

    Imwieled fi Frosinone fit-23 ta' Ottubru 1937; ta' nazzjonalità Taljana; lawrja fil-liġi mill-Università "Sapienza" ta’ Ruma; maġistrat fil-Corte dei Conti (1972), assenjat suċċessivament għal diversi funzjonijiet, inkluż għall-awditjar fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (1973), għas-sezzjoni tal-awtoritajiet lokali u għal diversi sezzjonijiet ġurisdizzjonali (1980). Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali Taljana (1993), u wara Viċi President (2001); president tas-sezzjoni, responsabbli għall-koordinazzjoni tas-sezzjonijiet tal-awditjar reġjonali tal-Corte dei Conti, u membru tal-Kulleġġ tas-Sezzjonijiet Konġunti għal deċiżjonijiet dwar il-kontijiet ġenerali tal-Istat u tar-reġjuni u l-provinċji bi status speċjali, u għal rapporti lill-Parlament (2002); ta lekċers f’diversi stabbilimenti ta' edukazzjoni għolja dwar il-ġustizzja kostituzzjonali, il-kontabbiltà pubblika u dik tal-Istat, kif ukoll dwar il-liġi amministrattiva u kostituzzjonali; relatur f’diversi konferenzi internazzjonali; membru ta’ bosta kummissjonijiet pubbliċi u ta’ gruppi ta’ studju mis-snin tmenin; President tal-Kumitat Tekniku u Xjentifiku stabbilit fil-Ministeru għall-Intern biex jeżamina l-kompiti fundamentali tal-awtoritajiet lokali (2003); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Marzu 2006 sat-28 ta’ Novembru 2011: assenjat għall-Grupp tal-Awditjar II "Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; Membru tal-Awla II “Politika strutturali, trasport u enerġija” (2010); miet fit-18 ta' Ġunju 2013.
  • 01.03.2012 - 30.04.2024

    Pietro Russo

    Pietro RUSSO

    Twieled Sirakuża fl-10 ta’ Frar 1952; iggradwa summa cum laude fil-liġi mill-Università ta’ Catania; ikkwalifika bħala avukat fl-1977, u fl-istess sena rnexxa fil-kompetizzjoni għall-maġistrati u l-imħallfin tal-Qorti; Imħallef fil-Qorti Taljana tal-Awdituri mill-1985, b’bosta rwoli bħala Referendarju, Kunsillier u Dekan tal-Awla, assenjat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Sqallija, fl-Awla Ċentrali tal-Ġestjoni tal-Awditjar u fl-Awli Konġunti tal-Awditjar; Kap tal-Kabinett tal-Membru Taljan tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1993 sal-2003; Membru tal-Bord tal-Awdituri tan-NATO mill-2009 sal-2012; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-2012 sal-2024, assenjat fl-Awli IV, V, II u I, relatur għall-Aġenziji tal-UE u għal diversi kapitoli tar-Rapport Annwali tal-Qorti; professur mistieden fl-Università ta’ Catania; awtur ta’ għadd kbir ta’ pubblikazzjonijiet fil-ġurnali legali Taljani prinċipali u ta’ monografija.

  • 2.11.2004 - 1.11.2010

    Kikis KAZAMIAS

    Kikis KAZAMIAS

    Imwieled f’Lefkoniko-Famagusta fis-27 ta’ Awwissu 1951; ta’ nazzjonalità Ċiprijotta; Lawrja ta’ Master fl-Ekonomija mill-Hochschule für Ökonomie f’Berlin, bi speċjalizzazzjoni fil-kummerċ estern u relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali; Maniġer tad-dipartiment tal-importazzjoni f’intrapriża kummerċjali kbira (1977). Maniġer ta’ kumpanija tal-familja tiegħu (1984); elett Membru tal-Kamra tad-Deputati ta’ Ċipru (1991), fejn irrappreżenta l-Partit Progressiv tal-Ħaddiema, u reġa’ ġie elett fl-1996; membru tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Finanzi u l-Baġit, u membru tal-Kumitat tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu (1991); membru tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni u x-Xogħlijiet Pubbliċi (1991); membru tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE/Ċipru. Irrappreżenta l-Parlament Ċiprijott f’diversi laqgħat internazzjonali f’pajjiżi oħra (1996); maniġer ġenerali eżekuttiv tal-akbar organizzazzjoni kooperattiva finanzjarja ta’ Ċipru (1997); President tal-Grupp ta’ Investimenti tas-Soċjetajiet Kooperattivi (1999); elett Sindku ta’ Famagusta. Laħaq President tal-Kumitat tal-Muniċipalitajiet Okkupati u l-Ewwel Viċi President tal-Unjoni ta’ Muniċipalitajiet ta’ Ċipru (2001); inħatar Ministru tal-Komunikazzjoni u x-Xogħlijiet mill-President tar-Repubblika ta’ Ċipru (2003); inħatar ukoll Membru tal-Kunsill ta’ Kontroll Intern. Bħala Ministru, huwa pparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE dwar it-Trasport, l-Iżvilupp, l-Affarijiet Marittimi u t-Telekomunikazzjoni. Huwa rriżenja mill-kariga tiegħu f’April 2004; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-2 ta’ Novembru 2004 sal-1 ta’ Novembru 2010; Responsabbli għall-Grupp tal-Awditjar I “Preżervazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali”; Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2004); Membru tal-Awla I “Preżervazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali” (2010).
  • 2.11.2010 - 1.11.2022

    Lazaros S. LAZAROU

    Lazaros S. LAZAROU

    Imwieled f’Liopetri (Famagusta) fl-10 ta’ Jannar 1958; Membru tal-Association of Chartered Certified Accountants (ACCA); Masters fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Kennedy School of Government (Harvard); Baċellerat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Hull, ir-Renju Unit. Tħarreġ u ħadem bħala kontabilist/awditur professjonali ma’ ditti tal-awditjar fir-Renju Unit u f’Ċipru. Serva: fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni tar-Repubblika ta’ Ċipru (1989-1999); fit-Teżor, bħala l-Kontabilista Ġenerali tar-Repubblika ta’ Ċipru (2000-2010); fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) bħala Membru (2010-2022). Bħala Membru tal-QEA serva: fl-Awla I “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali” (11.2010-4.2012); fl-Awla II “Politika strutturali, trasport u enerġija” (5.2012-1.2014); fl-Awla CEAD, bħala rappreżentant tal-Awla I u mbagħad tal-Awla II (1.2011-1.2014); fl-Awla CEAD bħala Membru permanenti (2.2014-5.2016); fl-Awla V bħala Dekan (6.2016-2.2020); fl-Awla II “Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni” (2.2020-10.2022). Għal sitt snin, huwa serva wkoll bħala Membru tal-QEA għar-Rapport Annwali (2.2014-2.2020).

  • 07.05.2004 - 06.05.2016

    Igors LUDBORŽS

    Igors LUDBORŽS

    Imwieled f’Jūrmala fl-4 ta’ Ġunju 1964 ; ta’ nazzjonalità Latvjana ; Dottorat fil-Kontabbiltà, Università ta' Vilnius ; Diploma postgradwatorja fil-liġi fiskali internazzjonali, Università Robert Kennedy ; Diploma universitarja fil-kontabbiltà u l-analiżi operazzjonali, Università tal-Latvja ; ħadem bħala lekċerer u aktar tard bħala Professur fl-Istitut tal-Kontabbiltà fl-Università tal-Latvja (1985). Direttur finanzjarju tal-impriża konġunta (joint venture) bejn il-Ġermanja u l-Latvja "IP Riga" (1990) ; awditur, u aktar tard Maniġer tal-Awditjar ma’ Coopers & Lybrand, il-Latvja (1993) ; Viċi Kap tad-dipartiment tal-"Awditjar intern" tal-Bank Parex, u wara Kap tal-istess dipartiment (1997) ; Direttur Maniġerjali tal-prattika tiegħu stess ta’ awdituri ċċertifikati (2003) ; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2004 sas-6 ta’ Mejju 2016 ; Grupp tal-Awditjar VI "Riżorsi proprji, attivitajiet bankarji, infiq amministrativ, istituzzjonijet u organi Komunitarji" (2004) ; Membru tal-Kumitat Amministrattiv ; Dekan tal-Awla CEAD "Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp", prinċipalment responsabbli mill-kwalità tal-awditjar u s-sostenn, kif ukoll Membru tal-Kumitat Amministrattiv (2012) ; Deputat President u President tal-Bord tal-Awdituri tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
  • 07.05.2004 - 06.05.2010

    Irena PETRUŠKEVIČIENĖ

    Irena PETRUŠKEVIČIENĖ

    Imwielda f’Šakiai fil-15 ta’ Ottubru 1957 ; ta’ nazzjonalità Litwana; gradwata fl-Ekonomija mill-Università ta’ Vilnius, il-Litwanja; membru tal-Assoċjazzjoni ta’ Awdituri Ċċertifikati tal-Litwanja kif ukoll Sieħeb tal-Assoċjazzjoni taċ-Chartered Certified Accountants (ACCA) tar-Renju Unit. Ipparteċipat fil-korsijiet ta' taħriġ u s-seminars li ġejjin: programm intensiv ta’ taħriġ għall-ħarrieġa fil-kontabbiltà internazzjonali, fl-awditjar, fis-sistemi ta' informazzjoni u fil-finanzi korporattivi (iċ-Ċentru tal-Iżvilupp Internazzjonali tal-Kontabbiltà, l-Università ta' Texas, (l-Istati Uniti), l-Università ta' Vilnius, il-Litwanja, u l-Fondazzjoni Soros, New York, (l-Istati Uniti)); prinċipji kontabilistiċi, kontabbiltà tal-ispejjeż u tal-ġestjoni, u ġestjoni finanzjarja (Skola tal-Kontabbiltà fl-Università ta' Depaul, Chicago, (l-Istati Uniti)); kontabilista-ekonomista f’impriża tat-tessuti f'Vilnius (1980); Kap tad-diviżjoni industrijali taċ-Ċentru tal-Informatika għall-Istatistika tal-Litwanja (1983); għalliema fil-Kulleġġ tal-Ekonomija ta’ Vilnius (1987); awditur anzjan u maniġer (1994), u mbagħad Kap tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni u Viċi Direttriċi, ma’ PricewaterhouseCoopers f’Vilnius (2003); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2004 sas-6 ta’ Mejju 2010; assenjata fil-Grupp tal-Awditjar IV “Dħul, Attivitajiet Bankarji, Nefqa Amministrattiva, Istituzzjonijiet u Organi tal-Unjoni Ewropea u Politika Interna”; Membru u mbagħad President tal-Kumitat għall-Awditjar Intern tal-Qorti (2005) ; Membru tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni u Żvilupp” tal-Qorti, fejn irrappreżentat il-Grupp IV ; Dekan tal-Grupp IV (2007).
  • 07.05.2010 - 15.06.2016

    Rasa BUDBERGYTĖ

    Rasa BUDBERGYTĖ

    Imwielda fi Plungė fit-8 ta’ Mejju 1960; ta’ nazzjonalità Litwana; gradwata Avukat fil-Liġi Ċivili (summa cum laude) mill-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Vilnius (1993); Kap tal-Unità Ġenerali fil-Kunsill Muniċipali ta’ Marijampolė (1983); Spettur prinċipali fl-Unità għall-Kwistjonijiet relatati mal-Persuni b’Diżabbiltà; Konsulent ta’ livell għoli, fl-Unità għall-Abbozzar tal-Liġijiet, il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali tar-Repubblika tal-Litwanja (1985). Konsulent fl-Unità tal-Affarijiet Legali u l-Kuntratti, il-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja (1992); Konsulent tal-Prim Ministru, il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja (1993); Konsulent Legali, Joint Stock Company Lelija (1995); Sotto Segretarju fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1997); Viċi Ministru fil-Ministeru tal-Ġustizzja (1998); Viċi Sotto Segretarju fil-Ministeru għall-Intern (2001); Sotto Segretarju fil-Ministeru għall-Intern (2002); Awditur Ġenerali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tar-Repubblika tal-Litwanja (2005); membru tal-Bord Governattiv tal-Eurosai (Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar) (2005); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2010 sal-15 ta’ Ġunju 2016, fl-Awla I “Preżervazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali”; Dekan tal-Awla I (2014).
  • 16.06.2016 - 15.11.2022

    Rimantas ŠADŽIUS

    Rimantas ŠADŽIUS

    Fl-1983, Rimantas Šadžius iggradwa cum laude fil-Kimika mill-Università Statali Lomonosov ta’ Moska. Fl-2002, huwa kiseb Lawrija ta’ Masters mill-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Vilnius. Qabel l-2003, is-Sur Šadžius kiseb esperjenza professjonali kemm bħala riċerkatur xjentifiku fil-kimika kwantistika u l-fiżika tal-istat solidu, kif ukoll bħala traduttur, editur u pubblikatur ta’ letteratura xjentifika. Mill-1996 ’il quddiem huwa ħadem ukoll bħala konsulent dwar il-kontabilità u t-taxxa għal kumpanija privata. Huwa kompla l-karriera tiegħu fl-istituzzjonijiet tal-gvern tal-Litwanja bħala Viċi Ministru fil-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol (2003–2004), Viċi Ministru fil-Ministeru tas-Saħħa (2004–2006), u Viċi Ministru fil-Ministeru tal-Finanzi (2006–2007). Minn nofs l-2007 sa tmiem l-2008, is-Sur Šadžius kien il-Ministru tal-Finanzi Litwan. Mill-2009 sal-2012, huwa kien lettur (fil-Finanzi Pubbliċi) fl-Università tax-Xjenzi Edukattivi fil-Litwanja, u ħadem ukoll għal kumpanija ta’ servizzi ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Minn Diċembru 2012 sa Ġunju 2016, is-Sur Šadžius reġà kien il-Ministru tal-Finanzi Litwan u, f’din il-kapaċità, huwa serva bħala President tal-Kunsill ECOFIN fit-tieni nofs tal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi, il-Litwanja adottat l-euro u saret id-19-il membru taż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2015. Mis-16 ta’ Ġunju 2016 sal-15 ta’ Novembru 2022, is-Sur Šadžius kien Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Huwa ħadem fl-Awla IV: “Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva”. Fost kompiti oħra, huwa kien responsabbli għal diversi awditi relatati mal-unjoni tas-swieq kapitali, il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni, u l-awditi annwali tal-aġenziji tal-UE. Fl-2017, is-Sur Šadžius ġie elett bħala l-Membru tal-QEA għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali.
  • 18.10.1977 - 20.12.1989

    Marcel MART

    Marcel MART

    Imwieled f’Esch-sur-Alzette fl-10 ta' Mejju 1927; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; dottorat fil-liġi; kien parti mill-Avukatura tal-Lussemburgu (1953); l-ewwel editur fl-aġenzija internazzjonali tal-istampa Agence Europe (1955); deputat kelliem tal-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (1960). Kap tal-uffiċċju tal-informazzjoni tat-Tliet Komunitajiet Ewropej fi New York (1964); kap tad-dipartiment tal-Informazzjoni lil Pajjiżi Terzi fil-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea (1967); Ministru tal-Ekonomija, tal-Klassijiet tan-Nofs, tat-Turiżmu, tat-Trasport u tal-Enerġija tal-Gvern Lussemburgiż (1969); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-20 ta’ Diċembru 1989: President tal-Qorti mill-1984 sal-1989; miet fil-15 ta’ Novembru 2019.
  • 21.12.1989 - 31.12.1995

    Maurice THOSS

    Maurice THOSS

    Imwieled f’Pétange fid-19 ta' Lulju 1939; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; gradwat fit-traduzzjoni (1964) u fix-xjenzi politiċi mill-Università ta' Ġinevra; Segretarju Parlamentari fil-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża (1966). Segretarju tal-Istat għall-Impjiegi u l-Immigrazzjoni fil-Gvern ta' Gaston Thorn (1974); Deputat, membru tal-Assemblej Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, l-UEP u l-Benelux; kunsillier muniċipali; president tal-kumitati tal-finanzi u x-xogħlijiet pubbliċi (1979); president tal-Grupp Soċjalist fil-Kamra tad-Deputati; president tal-kumitat tal-ekonomija; viċi president tal-kumitat tal-finanzi (1984); Membru tal-Qorti tal-Awdituri mill-21 ta' Diċembru 1989 sal-31 ta' Diċembru 1995; miet fid-9 ta' Novembru 2003.
  • 01.01.1996 - 31.12.2007

    François COLLING

    François COLLING

    Imwieled f’Esch-sur-Alzette fil-5 ta' Marzu 1940; ta' nazzjonalità Lussemburgiża; gradwat fl-inġinerija elettrika mil-Istitut Federali tat-Teknoloġija f’Zurich, l-Iżvizzera; kariga fl-Uffiċċju Ċentrali għall-Kejl Nukleari f’Geel (il-Belġju) (1965). Wettaq funzjonijiet fi ħdan il-grupp tal-azzar ARBED (il-Lussemburgu) f'attivitajiet ta' kontroll tal-proċess permezz tal-kompjuter u żvilupp ta' applikazzjonijiet informatiċi (1975); elett għall-Parlament Lussemburgiż (1979), u elett mill-ġdid fl-1984, fl-1989 u fl-1994; president tal-grupp parlamentari tal-Partit Soċjali Kristjan (CSP) mill-1985 sal-1995 u president tal-Kumitat dwar il-Finanzi u l-Baġit; president tal-Kumitat dwar ir-Riċerka u l-Edukazzjoni, u inizjatur u relatur ta' dibattitu preliminari dwar liġi li tikkonċerna l-ħolqien ta' ċentri pubbliċi ta' riċerka, kif ukoll ir-riforma tas-Centre Universitaire u l-Institut Supérieur de Technologie tal-Lussemburgu; awtur ta’ proposta għal liġi relatata mar-riforma tax-Chambre des Comptes (Kamra tal-Awdituri) Lussemburgiża; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta’ Diċembru 2007: responsabbli għall-awditjar fil-qasam “Il-FAEGG -Gwida, Riċerka, Enerġija u Politiki Ġodda” (1996); responsabbli għall-awditjar fil-qasam “Politiki Interni u Riċerka (inklużi l-JET u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka)”, li kien jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali, l-ambjent, it-trasport, il-kultura, il-protezzjoni tal-konsumatur u r-riċerka (1998); Membru tal-Grupp tal-Awditjar II “Politiki strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; Dekan tal-Grupp tal-Awditjar II (2004). Miet fil-18 ta’ Ottubru 2024.
  • 01.01.2008 - 31.12.2019

    Henri GRETHEN

    Henri GRETHEN

    Imwieled f’Esch-sur-Alzette fis-16 ta’ Lulju 1950; Segretarju Ġenerali tal-Partit Demokratiku Lussemburgiż bejn l-1981 u l-1990, u mill-1994 sal-2004. Mill-1999 sal-2004 huwa kien il-Ministru tal-Ekonomija u tat-Trasport. Għal perjodu qasir huwa kien ukoll il-Ministru tas-Servizz Pubbliku fl-2004. Is-Sur Grethen żamm diversi pożizzjonijiet fil-Confédération luxembourgeoise du commerce (konfederazzjoni tal-kummerċ) mill-1976 sal-1989, u fl-1981 huwa nħatar Segretarju Ġenerali. Mill-1984 sal-1999, u mill-2004 sal-2008, huwa kien Membru tal-Parlament. Mill-1990 sal-1999 huwa kien Membru tal-Kumitat għall-Finanzi u l-Baġit u mbagħad inħatar President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Implimentazzjoni tal-Baġit. Mill-1998 sal-1999, u mill-2006 sal-2007, huwa kien Viċi Speaker tal-Parlament. Bħala Membru tal-Parlament, is-Sur Grethen kien responsabbli għall-abbozzar tal-att tal-1999 li jistabbilixxi u jirregola l-Cour des comptes (il-Qorti tal-Awdituri) tal-Lussemburgu, u għar-reviżjoni tiegħu fl-2007, u ppreżenta ż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet fil-Parlament bħala relatur. B’konsegwenza ta’ dan l-att, ġiet stabbilita Qorti tal-Awdituri indipendenti fil-Lussemburgu biex teżamina l-legalità u r-regolarità tad-dħul, kif ukoll l-infiq tal-Istat u l-ġestjoni tal-fondi pubbliċi. Is-Sur Grethen sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-1 ta’ Jannar 2008. Mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-1 ta’ Ġunju 2010 huwa ħadem fil-Grupp tal-Awditjar II “Politiki Strutturali, Trasport, Riċerka u Enerġija” u bħala membru tal-Kumitat Amministrattiv. Fl-1 ta’ Ġunju 2010, b’segwitu għar-riorganizzazzjoni tal-Qorti, is-Sur Grethen sar Membru tal-Awla II “Politiki Strutturali, Trasport u Enerġija”, kif ukoll membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv. Minn Ottubru 2013 sa Settembru 2016, Henri Grethen kien Dekan tal-Awla II u għaldaqstant membru sħiħ tal-Kumitat Amministrattiv.
  • 07.05.2004 - 06.05.2010

    Gejza Zsolt HALÁSZ

    Gejza Zsolt HALÁSZ

    Imwieled f’Budapest fl-1947; ta’ nazzjonalità Ungeriża; Lawrja fil-Finanzi mill-Università Karl Marx tax-Xjenzi Ekonomiċi f’Budapest; huwa pparteċipa f'korsijiet dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali fl-Istitut Postuniversitarju tal-Università Karl Marx tax-Xjenzi Ekonomiċi u fi programm internazzjonali ta' fellowships għall-awdituri pprovdut mill-General Accounting Office (l-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabbiltà) tal-Istati Uniti. Assistent Amministratur u mbagħad Kap tad-Dipartiment fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Ungerija, responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali, għall-ippjanar u għar-rappurtar, kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-ġbir tad-data; Kap tal-Kabinett tal-President (1970); bħala Kap tal-missjonijiet tal-awditjar fil-Kummissjoni tal-Kontroll, tal-Gvern, huwa awditja l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-finanzi pubbliċi (1984); Viċi Direttur Ġenerali u mbagħad Direttur Ġenerali tal-awditjar fl-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat tal-Ungerija (Állami Számvevőszék), responsabbli għall-awditjar ta’ kumpaniji tal-Istat, privatizzazzjoni, fondi tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa, proġetti kbar ta' investiment, għajnuna esterna inklużi fondi ta’ qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, proprjetajiet tal-Istat, finanzi ta' partiti politiċi u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ; responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali; huwa organizza t-XVIII-il Kungress tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) (1990); koordinatur prinċipali u kap ta' grupp ta’ ħidma interdipartimentali għall-kontroll finanzjarju taħt il-Kummissjoni Interdipartimentali tal-Integrazzjoni Ewropea u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; Membru tal-Assoċjazzjoni Ungeriża tal-Awdituri Finanzjarji (1996); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2004 sas-6 ta’ Mejju 2010; Membru u mbagħad Dekan (2009) tal-Grupp ta' Awditjar I “Preservazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali”; Membru tal-Grupp CEAD “Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni u Żvilupp”; Membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2006).
  • 07.05.2010 - 31.08.2017

    Szabolcs FAZAKAS

    Szabolcs FAZAKAS

    Imwieled f’Budapest fl-1947; ta’ nazzjonalità Ungeriża; Lawrja (1971) u Dottorat (1973) fl-Ekonomija mill-Università tal-Ekonomija, Budapest; Ministeru tal-Kummerċ Estern (1973-1989); Deputat Ministru, Kap tas-Segretarjat għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali (1989-1990). Rappreżentant prinċipali għall-Ungerija, Industriji tal-Istat Awstrijak (1990-1995); Viċi Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ (1995-1996); Ambaxxatur tal-Ungerija f'Bonn fl-1996; Ministru tal-Industrija, l-Enerġija, il-Kummerċ u t-Turiżmu (1996-1998); rappreżentant Ungeriż tal-grupp DaimlerChrysler Corp. (1998-2002); membru tal-Grupp Nazzjonali Ungeriż tal-IPU (2002-2004); Membru tal-Parlament Ewropew mill-2004 sal-2009: President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (2004-2006); Kwestur, Membru tal-Bureau tal-PE (2006-2009); membru tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u tad-Delegazzjoni fil-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja; l-ewwel Viċi President tal-Forum Ewropew dwar l-Enerġija; President jew membru tal-bord ta’ bosta organizzazzjonijiet ċivili (L-Ungerija fl-Ewropa, Ekonomija, Djalogu Ewropew, Kunsill Ungeriż tal-Moviment Ewropew, Assoċjazzjoni Ungeriża tal-Importaturi tal-Karozzi); huwa ngħata t-titoli tas-Salib tal-Kommendatur bl-istilla tal-Ordni tal-Mertu mir-Repubblika tal-Ungerija, is-Salib biż-Żagarella tal-Mertu mill-Awstrija kif ukoll is-Salib tad-Deheb tal-Mertu, mill-Ġermanja; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2017: Membru tal-Awla II “Politika strutturali, trasport u enerġija” (2010-2012); Membru tal-Awla III “Azzjonijiet esterni” (2012) u Membru Supplenti tal-Kumitat Amministrattiv. Miet fil-31 ta’ Marzu 2020.
  • 07.05.2004 - 06.05.2010

    Josef BONNICI

    Josef BONNICI

    Imwieled f’Birżebbuġa fil-15 ta' April 1953; ta' nazzjonalità Maltija; għandu Master fl-Arti u Dottorat fil-Filosofija mis-Simon Fraser University, il-Kanada; Dottorat fl-Istudji Umanistiċi Honoris Causa mir-Rikkyo University, il-Ġappun; Baċellerat (Honours) fl-Ekonomija mill-Università ta' Malta; Professur tal-Ekonomija. Għallem fid-Deakin University, l-Awstralja mill-1980 sal-1988, u fl-Università ta' Malta mill-1988 sal-2004; konsulent ekonomiku għall-Prim Ministru ta' Malta fil-qasam tal-politika ekonomika, inkluża r-riforma tat-taxxa fuq l-introjtu (1988); Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, fejn id-dmirijiet tiegħu kienu jikkonċernaw il-politika ekonomika (1994); Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, fejn ir-responsabbiltajiet tiegħu kienu jinkludu l-politika tal-iżvilupp ekonomiku, l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, il-politika tal-kompetizzjoni u l-investimenti pubbliċi inklużi l-kumpaniji tal-elettriku, tal-ilma u tat-telekomunikazzjoni, il-linja tal-ajru nazzjonali, it-Tarzna ta’ Malta (Malta Shipyards), l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles (1995); membru tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, u tal-Kumitat Parlamentari Konġunt Malta-UE; huwa rrappreżenta wkoll lil Malta fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1992); Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Malta fl-1992, fl-1996, fl-1998 u fl-2003; Osservatur fil-Parlament Ewropew, fejn ipparteċipa f’laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku u Monetarju kif ukoll f’dawk tal-Kumitat tal-Politika Reġjonali, it-Trasport u t-Turiżmu (2003); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Mejju 2010: assenjat għall-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija” (2004); Membru responsabbli għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti (DAS) fil-Grupp CEAD (Koordinazzjoni, komunikazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp) (2006); Dekan tal-Grupp CEAD (2008); inħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta fl-1 ta' Lulju 2011.
  • 07.05.2010 - 30.09.2016

    Louis GALEA

    Louis GALEA

    Imwieled l-Imqabba fit-2 ta' Jannar 1948; ta' nazzjonalità Maltija; gradwat fil-Liġi mill-Università ta' Malta; professjoni ta' avukat; ta lekċers dwar il-Liġi soċjali u tax-xogħol fid-Dipartiment tal-Liġi Pubblika fl-Università ta' Malta (1999); ġie onorat mir-Renju ta' Spanja, u mir-Repubblika ta' Franza, tal-Bulgarija u ta' Ċipru. Elett għall-Parlament ta' Malta (1976); Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista (1977); Ministru tal-Gvern responsabbli għall-iżvilupp soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-affarijiet interni (inklużi s-sigurtà nazzjonali u l-faċilitajiet korrettivi), il-kultura u l-arti, u l-oqsma ta' politika relatati man-nisa, il-familja, it-tfal u l-bżonnijiet speċjali (1987); matul in-negozjati li saru biex Malta ssir membru tal-UE, huwa kien il-Kopresident tal-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn Malta u l-UE (1998); elett unanimament bħala Speaker tal-Parlament (2008); appoġġa diversi kumitati parlamentari (il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u l-Ombudsman); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2010 sat-30 ta' Settembru 2016: assenjat għall-Awla IV responsabbli għat-tħejjija tar-rapporti annwali u r-rapporti speċjali dwar l-awditu finanzjarju u tal-prestazzjoni f’oqsma differenti ta' politika tal-baġit tal-UE – dħul, nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, riċerka u politika interna, u governanza ekonomika u finanzjarja; Membru relatur tal-Qorti għan-nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet u għall-Iskejjel Ewropej (2010); Membru tal-Kumitat Amministrattiv; Membru relatur għall-Aġenziji u l-Impriżi Konġunti tal-UE; Dekan tal-Awla IV (2012).
  • 01.10.2016 - 30.09.2022

    Leo BRINCAT

    Leo BRINCAT

    Imwieled Bormla fis 26 ta’ Settembru 1949. Ikkwalifika bħala Assoċjat, u aktar tard ġie elett Fellow, taċ-Chartered Institute of Bankers (li issa jismu Institute of Financial Services) f’Londra. Ħadem ma’ Barclays Bank DCO, Mid Med Bank Ltd u HSBC Bank Malta plc (1966- 2006). Kap tar Riċerka Korporattiva fi ħdan HSBC Bank Malta plc, id Dipartiment tal Istrateġija Korporattiva (1998-2006). Konsulent maniġerjali dwar il kontrolli finanzjarji interni u l konformità (2007-2013). Segretarju Internazzjonali tal Partit Laburista ta’ Malta u r Rappreżentant fis Socialist International (1982-1997). Elett għall Parlament Malti fl 1982. Segretarju Parlamentari fl Uffiċċju tal Prim Ministru (1986-1987). Membru tal Kumitat Parlamentari Konġunt (JPC) Malta-UE ta’ qabel l adeżjoni (1992- 2004). Membru tal Kumitat dwar il Kontijiet Pubbliċi (1995-1996). Ministru tal Kummerċ (1996-1997); Ministru tal Finanzi u l Kummerċ (1997-1998). President tal Kumitat għall Kontijiet Pubbliċi (1998-2003); President tal Kumitat dwar il Kontijiet tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (1999-2003). Membru tal Kumitat dwar l Affarijiet Barranin u Ewropej (2003-2013); Membru tal Kumitat dwar l Ambjent u l-Iżvilupp (2010-2013). Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l Ambjent u Tibdil fil Klima (2013-2016). Serva bħala Membru tal Qorti Ewropea tal Awdituri mill-1 ta’ Ottubru 2016 sat 30 ta’ Settembru 2022. Irċieva premju mill Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan bħala rikonoxximent tal-ħidma tiegħu b’risq il komunità fl 2019.
  • 18.10.1977 - 31.12.1995

    André MIDDELHOEK

    André MIDDELHOEK

    Imwieled f’Voorburg fit-13 ta’ Diċembru 1931; ta’ nazzjonalità Netherlandiża; lawrja fix-Xjenzi ekonomiċi mill-Univerisità ta’ Amsterdam (1957); membru tal-Bureau Ċentrali Netherlandiż għall-Ippjanar (1958); Deputat Kap tal-Bureau Ċentrali għall-Ippjanar (1966); lekċerer fl-Istitut Internazzjonali tal-Istudji Soċjali (1960). Direttur Ġenerali għall-Baġit, il-Ministeru tal-Finanzi; membru/Viċi President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika tal-Komunitajiet Ewropej (1969); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1977 sa-31 ta’ Diċembru 1995: awditjar tal-infiq fuq l-enerġija, ir-riċerka u l-investiment (1977); metodi ta’ ħidma u taħriġ professjonali; relatur ġenerali għar-rapport annwali (1981); il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-taqsima “Gwida”; Programmi Mediterranji integrati; koordinazzjoni tal-Fondi Strutturali; President 1993-1995. Miet fit-12 ta' Ġunju 2026.
  • 01.01.1996 - 31.12.2010

    Maarten ENGWIRDA

    Maarten ENGWIRDA

    Imwieled f’Tilburg fit-2 ta’ Ġunju 1943; ta’ nazzjonalità Netherlandiża; lawrja ta’ Master fil-Liġi mill-Università ta’ Groningen; studji postgradwatorji fir-relazzjonijiet internazzjonali fl-Aja; konsulent għall-Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Finanzjarja u l-Iżvilupp, fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (1968). Membru tal-Parlament Netherlandiż (1970); Membru tal-Parlament Ewropew (1971); konsulent għall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (1975); Membru tal-Parlament Netherlandiż; Viċi President, Teżorier u Kap tal-Partit Democraten 66; membru ta’ bosta kumitati parlamentari ta’ inkjesta u President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; Aġent Membru tal-Assemblea tal-Atlantiku tat-Tramuntana u kelliem għall-Kumitat Ekonomiku tagħha (1977); Membru tal-Bord tal-Qorti tal-Awdituri tan-Netherlands, relatur għall-awditi dwar il-fondi tal-UE u President tal-grupp ta’ ħidma tal-INTOSAI dwar l-awditi ambjentali (1990); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 1996 sal-31 ta’ Diċembru 2010: responsabbli għall-awditjar finanzjarju, l-infiq dirett, kwistjonijiet ġenerali u analiżi tar-riskju, is-Settur tal-Garanziji tal-FAEGG (1996); responsabbli għall-awditjar tal-infiq baġitarju tal-UE favur il-Pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u favur il-Komunità ta’ Stati Indipendenti (2000); responsabbli għall-Grupp tal-Awditjar III “Azzjonijiet esterni” (2004); Dekan tal-Grupp III (2006); membru tal-Awla III “Azzjonijiet esterni” (2010) u president tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI dwar l-Obbligu ta’ Rendikont għal u l-Awditu ta’ Għajnuna relatata mad-Diżastri (2010); membru tal-Awla CEAD Chamber “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp” u membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv dwar il-Koordinazzjoni.
  • 01.01.2011 - 31.12.2013

    Gijs DE VRIES

    Gijs DE VRIES

    Imwieled f’New York fit-22 ta’ Frar 1956; ta’ nazzjonalità Netherlandiża; gradwat fil-Liġi/fix-Xjenza Politika mill-Università ta’ Leiden (1981). Skola Sajf Postdottorali, l-Istitut tal-Università Ewropea, Firenze (1981); lekċerer, id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, il-Fakultà tal-Liġi, l-Università ta’ Leiden (1981); Membru tal-Parlament Ewropew (1984); Georgetown Leadership Seminar, School of Foreign Service, l-Università ta’ Georgetown, Washington DC (1993); President tal-Grupp Liberali u Demokratiku għall-Ewropa fil-Parlament Ewropew (1994); Segretarju tal-Istat għall-Intern u r-Relazzjonijiet mar-Renju (1998); membru tat-Tieni Awla; rappreżentant tal-Gvern Netherlandiż fil-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea (Konvenzjoni Ewropea) (2002); ambaxxatur, kariga speċjali (2004); Koordinatur tal-Unjoni Ewropea għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (2004); Senior Fellow, l-Istitut Netherlandiż għar-Relazzjonijiet Internazzjonali (Clingendael) (2007); Viċi President tal-Qorti tal-Awdituri tan-Netherlands (2008); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 2011 sal- 31 ta’ Diċembru 2013; membru tal-Awla III “Azzjonijiet esterni”; membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv (2011); Membru li jirrappreżenta l-Awla III fl-Awla CEAD (2012); President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI dwar l-Obbligu ta’ Rendikont għal u l-Awditu ta’ Għajnuna relatata mad-Diżastri (2010).
  • 01.01.2014 - 14.04.2022

    Alex Brenninkmeijer

    Alex BRENNINKMEIJER

    Imwieled f’Amsterdam fid-29 ta’ Ġunju 1951. Gradwat fil-Liġi mill-Università ta’ Groningen; dottorat mill-Università ta’ Tilburg għat-teżi tiegħu dwar l-aċċess għall-qrati u l-importanza tal-indipendenza ġudizzjarja fl-Istati bbażata fuq l-istat tad-dritt (1987). Professur tal-Liġi fl-Università ta’ Radboud (1976-1980), l-Università ta’ Tilburg (1980-1984) u l-Università ta’ Amsterdam (1992-1996) Professur u Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Leiden (1996-2005). Professur Onorarju tal-Liġi fl-Università ta’ Utrecht (2014-2022). Viċi President tal-Qorti Amministrattiva f’Arnhem (1984-1988). Imħallef u Viċi President tal-Qorti Amministrattiva Għolja (qorti tal-appell fil-kawżi tas-servizz pubbliku u tas-sigurtà soċjali) (1988-2002). Imħallef fid-diviżjoni tad-dħul intern tal-Qorti tal-Appell ta’ ’s-Hertogenbosch (1999-2005). Ombudsman Nazzjonali tan-Netherlands (2005-2017); wettaq ħafna riċerka sistemika dwar il-funzjonament tas-settur pubbliku fin-Netherlands. President tal-Bord Ewropew tad-Diretturi tal-Istitut tal-Ombudsman Internazzjonali (IOI) u Membru tal-Bord Dinji tal-IOI. Kmandant tal-Ordni ta’ Orange-Nassau. Ingħaqad mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bħala Membru fl-Awla IV – Regolamentazzjoni tas-Swieq u l-Ekonomija Kompetittiva (2014). Membru tal-bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji (2014-2016); membru tal-bord editorjali tal-Ġurnal tal-QEA (2014-2016); patrun tal-Clear Language Award tal-QEA (2014-2021); membru u president tal-Grupp ta’ Ħidma tal-QEA dwar l-Istrateġija (2016-2017 u 2018-2020); membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija Diġitali (2019-2021); membru tal-Kumitat Amministrattiv (2019-2021); Dekan tal-Awla IV (2019-2021). Miet fl-14 ta’ April 2022.
  • 01.03.1995 - 31.03.2011

    Hubert WEBER

    Hubert WEBER

    Imwieled fi Vjenna fid-29 ta’ Diċembru 1939; Ta’ nazzjonalità Awstrijaka; Dottorat fil-Liġi, l-Università ta' Vjenna; Ħadem fis-Servizz ċivili, u sussegwentement bħala Assistent Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali Awstrijak (1959); Awditur fil-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka. Wettaq xogħol fuq awditi tal-Uffiċċju tal-Kanċillier, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Ġustizzja (1970); Kap tal-Uffiċċju Privat tal-President tal-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka u Kap tal-unità organizzattiva responsabbli għas-Segretarjat Ġenerali tal-INTOSAI (1975); Kap tal-Persunal (kwistjonijiet organizzattivi, baġitarji u tal-persunal, taħriġ) (1981); Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Awditjar tal-Intrapriżi Pubbliċi, responsabbli għas-sorveljanza tal-iżviluppi internazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-INTOSAI u l-organizzazzjonijiet imwaqqfa minnha f'diversi reġjuni (AFROSAI, ARABOSAI, ASOSAI, EUROSAI, OLACEFS u SPASAI), u għall-kooperazzjoni dwar proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-awditjar finanzjarju; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 1995 sal-31 ta’ Marzu 2011; Responsabbli għad-Dipartiment ADAR; President (2005- 2008).
  • 01.04.2011 - 28.02.2014

    Harald WÖGERBAUER

    Harald WÖGERBAUER

    Imwieled fi Vjenna fis-27 ta’ Lulju 1953; Ta’ nazzjonalità Awstrijaka; Studja l-liġi u l-ekonomija (1971); Gradwat fil-liġi (Magisterium u Doktorat); Studja x-xjenza politika fi Franza (1974); Eżamijiet federali tal-Istat, fil-ġurisprudenza u fl-awditjar (1975). Impjegat fi-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (1974); Awditur fil-Qorti tal-Awdituri, responsabbli għall-awditjar tal-korpi tas-sigurtà soċjali tal-Awstrija (1974); Assenjat għal-Parlament Awstrijak, u sussegwentement għall-grupp parlamentari tal-Partit Popolari Awstrijak (ÖVP), responsabbli, fost oħrajn, għall-kumitati tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Saħħa, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għax-Xjenza, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Industrija u l-Kumitat għall-Bord tal-Ombudsman; Direttur Politiku tal-grupp parlamentari tal-ÖVP (1992); Uffiċjal għoli (Ministerialrat) fil-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (1995); Direttur (Parlamentsrat) fil-Parlament (1999); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ April 2011 sat-28 ta’ Frar 2014 l-ewwel fl-Awla I "Preservazzjoni u tmexxija tar-riżorsi naturali" u mbagħad fl-Awla II "Politika strutturali, trasport u enerġija" (2012).
  • 01.03.2014 - 31.07.2020

    Oskar HERICS

    Oskar HERICS

    Imwieled f’Schandorf, l-Awstrija, fis-16 ta’ Frar 1958; Studji tal-Liġi fl-Università ta’ Vjenna u għotja ta’ Masters fil-Liġi (1982); Taħriġ prattiku fix-xogħol ġudizzjarju u legali fil-Qorti Kriminali Distrettwali ta’ Vjenna (1982); Servizz militari mal-Armata Federali Awstrijaka (1982-1983); Amministrazzjoni tal-Posta u tat-Telegrafu (Awditjar) (1983). Awditur fid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka (1991); Membru tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka (1995-2001); Kap tal-Awditjar fid-Dipartiment tat-Trasport u l-Linji tal-Ferrovija fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (1996); Kap tal-Awditjar u Viċi-Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (1998); Kap tad-Dipartiment tal-Banek u tal-Ġestjoni tad-Dejn fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (2003); Espert li jirrappreżenta lill-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka fil-Kumitat dwar id-Dejn tal-Istat (2006-2013); Rappreżentant tal-Qorti tal-Awditjar Awstrijaka fil-Kumitat Permanenti dwar l-Istimi u l-Kontijiet tal-Awtoritajiet Lokali – Kumitat VR (2007-2009); Viċi Kap tat-Taqsima 4 (Finanzi u Sostenibbiltà) fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (2008); Kap tat-Taqsima 5 (Finanzi u Ekonomija) fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (2011); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1.3.2014 sal-31.7.2020: Awla II “Investiment għall-Koeżjoni, it-Tkabbir u l-Inklużjoni”; Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar (2017-2019); Membru u President tal-Kumitat tal-Etika (2016-2020).
  • 01.08.2020-30.09.2026

    Helga BERGER

    Helga BERGER

    Helga Berger twieldet fi Klagenfurt, l Awstrija, fl 1972. Għandha lawrja fil liġi mill Università ta’ Graz, għaddiet mill-eżami Awstrijak tal imħallfin u lestiet diversi programmi addizzjonali, inklużi l programm tal Università ta’ Graz għall esportazzjoni u n negozju internazzjonali, l Iskola tas Sajf Alpbach dwar l Integrazzjoni Ewropea u programm ta’ mikroekonomija fi ħdan is San Diego State University. Is Sinjura Berger kienet il Membru tal Awstrija fil Qorti Ewropea tal Awdituri (QEA) mill 1 ta’ Awwissu 2020 sat 30 ta’ Settembru 2026. Matul il mandat tagħha, hija kienet Membru tal Awla V “Finanzjament u Amministrazzjoni tal Unjoni” u tal Awla II “Investiment għall Koeżjoni, it Tkabbir u l Inklużjoni”. Bħala Membru relatur, mexxiet awditi dwar suġġetti li jinkludu l akkwist u l kapitolu dwar il koeżjoni tar rapport annwali tal QEA. Ippresediet il Kumitat għall Kontroll tal Kwalità tal Awditjar tal QEA u l Kumitat tal Istandards Professjonali tal INTOSAI. Is Sinjura Berger hija wkoll Membru tal Grupp Konsultattiv tal Bord dwar l Istandards Internazzjonali tal Kontabbiltà għas Settur Pubbliku. Fi ħdan il QEA, ippresediet il Bord Konsultattiv dwar il Prospettiva u l Bord Editorjali tal-Ġurnal tal QEA, u kienet President tal Bord tal Awdituri tal Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

    Qabel ma ngħaqdet mal QEA, is Sinjura Berger kienet Direttur Ġenerali għall Baġit u l Finanzi Pubbliċi fi ħdan il Ministeru Federali għall Finanzi Awstrijak. Kellha wkoll diversi karigi fi ħdan il Qorti tal Awdituri Awstrijaka, kienet il Kap tal Kabinett tal Viċi Kanċillier Awstrijak, fejn kienet responsabbli mir riforma amministrattiva, u ħadmet bħala assistenta ta’ Membru tal Parlament Ewropew. Barra minn hekk, is Sinjura Berger kellha għadd ta’ karigi għoljin fil qasam tal governanza u s sorveljanza, fosthom: President tal Bord Superviżorju tat Teżor Federali Awstrijak (ÖBFA), membru tal Bord Superviżorju tal Bank Promozzjonali Federali Awstrijak (aws), membru tal Bord Superviżorju tal-Aġenzija Awstrijaka ta’ Appoġġ għall Ġustizzja (JBA), u membru tal Bord Superviżorju tal Kumpanija Federali Awstrijaka tal Proprjetà Immobbli (BIG), Kummissarju Superviżorju tal Gvern fi ħdan il Bank Ipotekarju Provinċjali tal Awstrija ta’ Fuq (HO), u Kummissarju Superviżorju tal Gvern fi ħdan l Istituzzjoni Awstrijaka tal Assigurazzjoni għall Pensjoni (PVA).

    Aktar kmieni fil karriera tagħha kienet President tal Kumitat tal Etika tal Qorti tal Awdituri Awstrijaka u President tat Tribunal tal Arbitraġġ Indipendenti tal-Aġenzija Nazzjonali kontra d Doping.

  • 07.05.2004 - 06.05.2010

    Jacek UCZKIEWICZ

    Jacek UCZKIEWICZ

    Imwieled f’Nowa Ruda fl-4 ta' Lulju 1950; ta' nazzjonalità Pollakka; Masters u PhD fix-Xjenza mill-Università tat-Teknoloġija ta' Wrocław; Membru tal-Parlament Pollakk; relatur tal-abbozz tal-Att dwar l-Awla Suprema tal-Kontroll (ASK; Najwyższa Izba Kontroli), li wieħed mill-objettivi tiegħu kien li jallinja s-sistema Pollakka tal-awditjar estern mal-istandards Ewropej u dawk tal-INTOSAI. Delegat Pollakk għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1993); membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u tal-Iżvilupp, kif ukoll għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni Ewropej tal-Kunsill tal-Ewropa matul l-elezzjonijiet fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u fil-Belarussja (1994); Viċi President tal-Awla Suprema tal-Kontroll tal-Polonja (Najwyższa Izba Kontroli); responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda tal-awditjar u għall-estensjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali, partikolarment mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-programm SIGMA; huwa pparteċipa wkoll l-attivitajiet tal-INTOSAI, partikolarment fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha dwar l-Awditjar tal-Privatizzazzjoni; rappreżentant tal-ASK fil-Kumitat Permanenti tal-INTOSAI għall-Awditjar tal-IT (1995); huwa rrappreżenta lill-Polonja fi ħdan grupp ta’ ħidma dwar l-istrateġija tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Aġenzija tal-Bank Dinji f’Varsavja (2000); Spettur Ġenerali tal-Informazzjoni Finanzjarja (funzjoni li tikkorrispondi għall-korp tal-Istat għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fil-Ministeru tal-Finanzi); Direttur tad-Dipartiment tal-Logħob tal-Azzard u tal-imħatri fil-Ministeru tal-Finanzi; inkarigat mill-finanzjament tal-komunitajiet lokali u minn riformi fundamentali fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u d-deċentralizzazzjoni amministrattiva (2001); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta'Mejju 2004 sas-6 ta' Mejju 2010; assenjat għall-Grupp tal-Awditjar III "Azzjonijiet esterni"; membru tal-Grupp CEAD "Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni u Żvilupp" (2006); membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2008).
  • 07.05.2010 - 06.05.2016

    Augustyn KUBIK

    Augustyn KUBIK

    Imwieled f’Rydułtowy fl-1957; ta' nazzjonalità Pollakka; lawrja ta’ Master fis-Soċjoekonomija (il-Fakultà tal-Industrija tal-Akkademja tal-Ekonomija, f’Katowice) (1976); relatur, superviżur u spettur għall-awditjar kummerċjali fil-Minjiera tal-Faħam Iebes ta' "Rydułtowy" (1980). Spettur ta' livell għoli għall-awditjar kummerċjali f’'Rybnicko-Jastrzębskie Gwarectwo Węglowe" (Konsorzju tat-Tħaffir fil-Minjieri tal-Faħam) f’Jastrzębie Zdrój (1984); kontabilista prinċipali fil-Minjiera tal-Faħam Iebes ta' "Borynia" f’Jastrzębie Zdrój; speċjalizzazzjoni fl-isfruttament tad-depożiti ta' taħt l-art (il-"Fakultà tal-Ħaddiema" tal-Kulleġġ Tekniku tal-Inġinerija tat-Tħaffir fil-Minjieri ta' Rybnik) (1986); Direttur tal-Uffiċċju tat-Taxxa f’Katowice (1991); kontabilista kkwalifikat (1996); diploma postgradwatorja fil-Liġi tat-Taxxa fl-Unjoni Ewropea (l-Università Nicolaus Copernicus, Toruń) (2001); spettur prinċipali tal-awditjar intern fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja (2002); konsulent tat-taxxa; awditur intern – ċertifikazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja (2003); konsulent ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja (2006); Awditur Intern Iċċertifikat (CIA); Konsulent Presidenzjali tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tal-Polonja (Najwyższa Izba Kontroli) (NIK) (2007); Sotto Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali tal-Polonja; kwalifika ta' awditur fis-settur pubbliku mill-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tal-Polonja (2008); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2010 sas-6 ta' Mejju 2016; Membru tal-Awla I “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”; Dekan tal-Awla I “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”; membru tal-Kumitat Amministrattiv (2015).
  • 07.05.2016 - 30.11.2019

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Imwieled fl-1954; Lawrja ta’ Master fil-Liġi, iggradwa mill-Università ta’ Łódz, Dipartiment tal-Liġi u l-Amministrazzjoni (1977). Imħallef fi tribunal reġjonali, tribunal provinċjali, u fil-Qorti tal-Appell Pollakka (1980-1993); issekondat mal-Qorti Suprema Pollakka (1990-1991); Membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura tal-Polonja (1990-1993); Imħallef fit-Tribunal tal-Istat (1991-1993); Membru tas-Sejm – il-Kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk (1993-1995); President tal-Qorti Suprema tal-Awdituri Pollakka – NIK (1995-2001); Deputat Speaker tas-Sejm (2001-2004); Membru tal-Parlament Ewropew għal tliet mandati (2004-2016); Membru tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew għall-Benesseri u l-Konservazzjoni tal-Annimali mill-ewwel mandat tiegħu fl-2004, u President tal-Intergrupp mill-2014. Ħames darbiet awtur u koawtur ta’ kummenti dwar il-Kodiċi Penali Pollakk; awtur ta’ aktar minn 100 artiklu u pubblikazzjoni dwar il-liġi kriminali f’diversi ġurnali legali fil-Polonja, u awtur ta’ artikli dwar kwistjonijiet soċjolegali. Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2016 sat-30 ta’ Novembru 2019: assenjat għall-Awla I “Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali”; Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar mill-14 ta’ Ġunju 2018. Inħatar bħala Kummissarju tal-UE responsabbli mill-portafoll tal-agrikoltura mill-1 ta’ Diċembru 2019 għal terminu ta’ ħames snin.
  • 27.01.1986 - 09.02.1994

    Carlos MORENO

    Carlos MORENO

    Imwieled f’Lisbona fit-30 ta' Marzu 1941; ta' nazzjonalità Portugiża; lawrja fil-Liġi mill-Università ta' Coimbra (1964); spettur tekniku fl-Ispettorat Ġenerali għas-Self u l-Assigurazzjoni (1966); għallem fil-Kulleġġ tal-Ekonomija (1973); awditur legali fid-Direttorat tas-Servizz Legali tal-Ispettorat Ġenerali għas-Self u l-Assigurazzjoni (1974). Konsulent tekniku għall-Ministru tal-Finanzi u għas-Segretarju tal-Istat tat-Teżor u tal-Finanzi (settur “Banek u kumpaniji privati”) (1976); konsulent legali għas-Segretarjat Ġenerali tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ippjanar; President tal-Kumitat superviżorju tal-Banco Nacional Ultramarino (1977); spettur ta' livell għoli fid-Direttorat Ġenerali tat-Teżor; Direttur Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża; relatur legali tal-grupp ta' ħidma responsabbli għat-tħejjija tal-abbozz ta' proġett għas-sistema ta' appoġġ għall-investiment; Membru tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Azzjonijiet kontra l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Frodi Fiskali (1980); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-27 ta' Jannar 1986 sad-9 ta' Frar 1994. Miet fl-8 ta’ April 2024.
  • 10.02.1994 - 29.02.2000

    Armindo de Jesus de SOUSA RIBEIRO

    Armindo de Jesus de SOUSA RIBEIRO

    Imwieled f’Viana do Castelo fid-9 ta' Marzu 1948; ta' nazzjonalità Portugiża; lawrja fil-Kontabbiltà mill-Kulleġġ tal-Kontabbiltà u l-Amministrazzjoni ta' Porto; lawrja fl-Ekonomija mill-Università ta' Porto; lawrja ta' Master fil-Maniġment mill-Università ta' Lisbona; awditur (1979). Deputat Spettur Ġenerali responsabbli għall-ispezzjoni tal-intrapriżi u l-awditi Komunitarji fl-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi (1974); awditur ġenerali tas-suq tat-titoli u mbagħad Direttur Ġenerali fil-Kabinett għall-Analiżi tal-Finanzi tal-Istat u tal-Intrapriżi Pubbliċi (1988); President tal-Bord Maniġerjali tal-Istitut Finanzjarju tal-Appoġġ għall-Iżvilupp tal-Agrikoltura u tas-Sajd (1990); Kap tad-Dipartiment “Pariri, awditjar” fl-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi (1992); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-10 ta' Frar 1994 sad-29 ta' Frar 2000; responsabbli għas-settur tal-Garanziji tal-FAEGG: organizzazzjonijiet komuni tas-swieq fis-setturi tal-prodotti li ġejjin mill-annimali u taz-zokkor, politika komuni tas-sajd u tal-baħar, u azzjonijiet fil-qasam veterinarju; responsabbli għall-awditjar tal-KEFA, ta' attivitajiet ta self, kif ukoll ta' attivitajiet bankarji (1996).
  • 01.03.2000 - 30.09.2016

    Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

    Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

    Imwieled f’Campo Maior fit-2 ta' Jannar 1960; ta' nazzjonalità Portugiża; lawrja fil-Liġi mill-Universidade Clássica, Lisbona, il-Portugall; lawrja postuniversitarja fl-Istudji Ewropej mill-Istitut Ewropew tal-Fakultà tal-Liġi, Universidade Clássica, Lisbona, il-Portugall; għallem fil-Fakultà tal-Liġi fl-Universidade Clássica, Lisbona (1983) u fil-Kulleġġ għal Professjonijiet Ġodda (1996). Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Marzu 2000 sat-30 ta' Settembru 2016: responsabbli għall-awditjar tal-attivitajiet bankarji tal-UE, inklużi l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), l-Iskejjel Ewropej, il-korpi deċentralizzati u l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (2000); responsabbli għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) tal-Qorti fl-oqsma li ġejjin: l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi fid-diversi oqsma ta' dħul u nfiq tal-baġit tal-UE, ir-riforma tas-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni, il-modernizzazzjoni tas-sistema kontabilistika tal-UE; Membru relatur għall-Opinjoni tal-Qorti dwar il-mudell ta' awditu uniku (single audit) u l-proposta għal qafas ta' kontroll intern tal-UE (2002); Dekan tal-Grupp tal-Awditjar tal-Qorti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-awditjar finanzjarju, il-metodoloġiji tal-awditjar u l-kontroll tal-kwalità (Grupp CEAD); Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2005); responsabbli għad-diviżjoni Żvilupp tal-Awditjar u Rapporti (ADAR), b'mod partikolari, il-kontroll tal-kwalità tar-rapporti tal-awditjar tal-Qorti u l-implimentazzjoni ta' metodoloġiji tal-awditjar (2006); relatur għall-Manwal għall-Awditu tal-Prestazzjoni adottat mill-Qorti fl-2007; President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2008-2016); awditur tal-EUROSAI (2008); Membru tal-Bord Governattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI) (2011); responsabbli għas-sorveljanza tax-xogħol tal-Qorti, ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar u organizzazzjonijiet internazzjonali tal-awditjar, kif ukoll kwistjonijiet legali u awditjar intern; matul l-ewwel mandat tiegħu, ippromwova u mmaniġġja riforma tal-istruttura u tal-proċess deċiżjonali tal-Qorti billi introduċa sistema ta' awli bil-ħsieb li jottimizza l-ġestjoni tal-Qorti, ubiex b’hekk issir aktar effiċjenti u effettiva; matul it-tieni mandat tiegħu, mexxa l-istituzzjoni f'perjodu li matulu r-rapporti u l-opinjonijiet tal-awditjar tal-Qorti dwar il-leġiżlazzjoni finanzjarja ħadu importanza saħansitra akbar minħabba fil-kriżi finanzjarja u l-ħtieġa urġenti biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jkunu mmaniġġjati aħjar; sar President tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża fit-3 ta' Ottubru 2016.
  • 01.10.2016 - 29.06.2021

    João FIGUEIREDO

    João FIGUEIREDO

    Imwieled f’Angola fit-12 ta’ Mejju 1955. Lawrja fil-Liġi, il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Lisbona, il-Portugall (1978). Huwa ddedika l-karriera twila tiegħu għas-servizz pubbliku, billi speċjalizza fl-oqsma tad-deontoloġija u l-etika tas-servizz pubbliku, tal-effiċjenza u l-legalità ta’ atti tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll tal-kontroll finanzjarju u l-awditjar. Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2016-2021); Imħallef mat-Tribunal de Contas tal-Portugall (2008-2016); Segretarju tal-Istat għall-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ministeru tal-Finanzi (2005-2008); Awditur Koordinatur mat-Tribunal de Contas tal-Portugall (2003-2005), u pożizzjonijiet ta’ livell għoli oħrajn f’ministeri differenti. Miet fid-29 ta’ Ġunju 2021.
  • 01.01.2007 - 30.06.2013

    Ovidiu ISPIR

    Ovidiu ISPIR

    Imwieled f’Horodniceni fl-1951; ta' nazzjonalità Rumena; lawrja ta' Baċellerat fl-ekonomija mill-Università Alexandru Ioan Cuza ta' Iasi, il-Fakultà għall-Istudji Ekonomiċi; dottorat fil-kontabbiltà mill-Akkademja għall-Istudji Ekonomiċi, il-Fakultà tal-Kontabbiltà u l-Ġestjoni tal-IT, Bucharest; ekonomist fl-OJT (Uffiċċju Reġjonali tal-Ivvjaġġar) ta' Prahova, Sinaia (1974). Ekonomist, Kap tal-uffiċċju, Kap tad-dipartiment u Deputat maniġer ġenerali inkarigat minn kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji fl-Uffiċċju tal-Ivvjaġġar għaż-Żgħażagħ (BTT) f’Bucharest (1979); Viċi President inkarigat minn kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji fil-kumpanija Group Management SA (1994); konsulent għall-Ministru tal-Finanzi Rumen (1997); Konsulent (Conseiller maÎtre) fil-Qorti tal-Awdituri tar-Rumanija, f’Bucharest: ikkoordina l-attivitajiet ta' diversi diviżjonijiet tal-awditjar inkarigati mill-awditjar tal-kontijiet ġenerali annwali relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat, il-kontijiet ġenerali annwali relatati mal-implimentazzjoni tad-dejn pubbliku tar-Rumanija, u l-implimentazzjoni tal-baġits tal-awtoritajiet pubbliċi lokali; huwa kien ukoll responsabbli għall-awditjar tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni li ngħataw lir-Rumanija (ISPA u SAPARD) (1999); espert fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Kamra tad-Deputati li, f’Marzu 2005, beda proposti leġiżlattivi dwar it-titjib tal-leġiżlazzjoni relatata mal-Qorti tal-Awdituri tar-Rumanija; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2013: assenjat għall-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; Membru tal-Awla II “Politiki strutturali, trasport and enerġija” u Membru supplenti tal-Awla CEAD “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp”.
  • 01.07.2013 - 30.06.2019

    George PUFAN

    George PUFAN

    Imwieled f’Bukarest fl 1958; Gradwat fl Inġinerija Ċivili mill Università ta’ Bukarest (gradwat fl 1984); ex student tal Kulleġġ Nazzjonali tad Difiża (gradwat fl 1999); Lawrja ta’ Master fir Relazzjonijiet Internazzjonali u l Integrazzjoni Ewropea mill Iskola Nazzjonali ta’ Studji Politiċi u Amministrattivi (gradwat fl 2005); Kors postgradwatorju ta’ speċjalizzazzjoni fil Prattiki ta’ Relazzjonijiet Internazzjonali u fl Istudji Ewro-Amerikani (gradwat fl 2007); Lawrja ta’ Baċellerat mill Fakultà tal Ekonomija u l Kontabbiltà fl Università Danubius ta’ Galati (gradwat fl 2011). Inġinier għal Intrapriża tal-Ħġieġ u taċ-Ċeramika Fina (sal 1992); Direttur tas Sit ta’ Carpati Construction Holding (sal 1994); Direttur tal Qorti tal Kontijiet Rumena (sal 2000); Konsulent tas Sindku (Kunsill Lokali, l-1 distrett) (sal 2002); Segretarju Ġenerali tal Qorti tal Kontijiet Rumena (sal 2013). L-1 ta’ Lulju 2013 sar Membru tal Qorti Ewropea tal Awdituri, u nħatar għall Awla IV - Dħul riċerka u politiki interni, u istituzzjonijiet u korpi tal Unjoni Ewropea.
  • 01.07.2019 - 30.06.2025

    Viorel Ştefan

    Viorel ŞTEFAN

    Is Sur Viorel Ştefan beda l kariga tiegħu bħala Membru Rumen tal Qorti Ewropea tal Awdituri fl-1 ta’ Lulju 2019. Matul il mandat tiegħu fil Qorti, li ntemm fit 30 ta’ Ġunju 2025, is Sur Ştefan kien Membru tal Awla I, li hija responsabbli għall-użu sostenibbli tar riżorsi naturali, u l Awla III, li hija responsabbli għall infiq tal UE fuq l azzjoni esterna, is sigurtà u l-ġustizzja. Kien ukoll fil Kumitat għall Kontroll tal Kwalità tal Awditjar u fil Kumitat tal Awditjar Intern tal QEA. Qabel ma sar Membru tal QEA, is Sur Ştefan kien Viċi Prim Ministru tar Rumanija minn Jannar 2018 sa Ġunju 2019 u kien Ministru tal Finanzi Pubbliċi fl 2017. Għal kważi 23 sena, is Sur Ştefan kien Membru tal Parlament tar Rumanija (13 il sena bħala Senatur u 10 snin bħala Membru tal Kamra tad Deputati), u kellu wkoll il kariga ta’ President tal Kumitat għall Baġit, il Finanzi u l Banek għal aktar minn 8 snin. Qabel il karriera politika tiegħu, is Sur Ştefan kien Uffiċjal Kap Eżekuttiv u mbagħad kien President tal Bord f’NAVROM SA Galati — Kumpanija ta’ Navigazzjoni fuq ix Xmajjar. Huwa għandu Ph.D. fl Ekonomija minn “Lower Danube” l Università ta’ Galati.
  • 07.05.2004 – 06.05.2010

    Vojko Anton ANTONČIČ

    Vojko Anton ANTONČIČ

    Imwieled f’Temnica fl-1946; ta' nazzjonalità Slovena; gradwat fix-xjenzi soċjali mill-Università ta' Ljubljana, is-Slovenja; dottorat (PhD) fix-xjenzi soċjali mill-Università ta' Zagreb, il-Kroazja; Kap tal-Istitut tax-Xjenzi Soċjali tal-Università ta' Ljubljana, korp multidixxiplinari b’bosta unitajiet ta' riċerka fejn titwettaq kemm riċerka fundamentali kif ukoll applikata fil-qasam soċjali (1991). L-ewwel President tal-Qorti tal-Awdituri (Računsko sodišče) tar-Repubblika tas-Slovenja (1994); abbozza liġi ġdida fil-qasam tal-awditjar (2001); membru tal-bord ta' tmexxija tal-EUROSAI (1999); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Mejju 2010: membru tal-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; membru tal-Grupp CEAD (Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni u Żvilupp) (2006); membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti.
  • 07.05.2010 - 06.05.2016

    Milan Martin CVIKL

    Milan Martin CVIKL

    Imwieled f’Velenje fid-19 ta' Mejju 1959; ta' nazzjonalità Slovena; gradwat fl-ekonomija (1983); lawrja ta' Master mill-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta' Ljubljana (1990); analist, analist prinċipali u assistent tad-Director fil-Bank tas-Slovenja (Banka Slovenije) (1983). Ekonomist mal-Bank Dinji f’Washington D.C., l-Istati Uniti tal-Amerka (1991); ekonomist, issekondat mill-Bank Dinji, fis-Slovenja (1997); Segretarju tal-Istat għall-Baġit u l-Finanzi Pubbliċi fil-Ministeru tal-Finanzi, responsabbli għall-introduzzjoni tar-riformi fil-finanzi pubbliċi fis-Slovenja bi tħejjija għall-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea (1998); Direttur Eżekuttiv u Kap Uffiċjal Finanzjarju fin-Nova Ljubljanska Banka dd, Ljubljana (2000); Ministru bla portafoll responsabbli għall-Affarijiet Ewropej (2004); Membru tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja u president tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi (2004); Segretarju Ġenerali tal-Gvern Sloven (2008); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2010 sas-6 ta' Mejju 2016: Membru tal-Awla IV “Dħul, Riċerka u politika interna, u Istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea”; Membru rappreżentant tal-Awla IV fl-Awla CEAD (2012); Dekan tal-Awla IV (2014).
  • 07.05.2016 - 06.05.2022

    Samo JEREB

    Samo JEREB

    Imwieled f’Ljubljana fl-24 ta’ Frar 1972; lawrja fl-Ekonomija mill-Iskola tal-Ekonomija u n-Negozju tal-Università ta’ Ljubljana (1995); Awditur Estern, Konsulent, Awditur Estern Iċċertifikat f’LM Veritas d.o.o., Ljubljana (1995-2004); Awditur Suprem tal-Istat fil-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja (2004-2013) responsabbli għall-awditi tal-privatizzazzjonijiet, l-utilitajiet pubbliċi, l-aġenziji u l-fondi pubbliċi, u għall-awditi ambjentali; Viċi President tal-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja (2013-2016); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta’ Mejju 2016 sas-6 ta’ Mejju 2022: Membru tal-Awla I “Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali” u Dekan tal-Awla I (2020-2022); Membru tal-Kumitat Amministrattiv (2020-2022); Membru tal-Kumitat tal-Awditjar Intern (2017-2020) u President tal-Kumitat tal-Awditjar Intern (2018-2020); Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Awditjar (2016-2018).
  • 07.05.2004 - 06.05.2010

    Július MOLNÁR

    Július MOLNÁR

    Imwieled fi Vranov fl-1945; ta' nazzjonalità Slovakka; Master tax-Xjenza mill-Fakultà tal-Filosofija fl-Università ta' Comenius fi Bratislava; responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali bejn l-universitajiet fis-Slovakkja u fl-Afrika, l-Asja u l-Amerka Latina fil-Ministeru tal-Edukazzjoni tas-Slovakkja; segretarju tal-Kumitat tal-Ħbiberija għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istudenti fl-universitajiet Slovakki (1969). Uffiċjal fil-Kumitat Ċentrali tal-Unjoni Slovakka tal-Kombattenti Antifaxxisti (1974); amministratur responsabbli għar-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet intergovernattivi (speċjalizzati) (id-WHO, l-ILO u l-UNESCO) fil-Ministeru tal-Edukazzjoni; Membru tad-delegazzjonijiet Ċekoslovakki f’negozjati bilaterali u multilaterali mal-UNESCO u ma' bosta Ministeri tal-Affarijiet Esterni u l-Edukazzjoni (1978); Direttur Ġenerali tal-Istitut ta’ Tħejjija Lingwistika u Akkademika għall-Istudenti Barranin, responsabbli għall-ġestjoni, għall-baġit, għall-proċessi ta' tagħlim, għar-reklutaġġ ta' studenti barranin u għall-awditjar intern; Kap tad-Dipartiment għall-Istudji Avvanzati u r-Relazzjonijiet Esterni fl-Academia Istropolitana fi Bratislava (1991); Direttur Ġenerali taċ-Ċentru għar-Relazzjonijiet Internazzjonali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni (1999); Direttur tad-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ewropea u r-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tas-Slovakkja, responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-awditjar, u għall-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (l-INTOSAI, l-EUROSAI, in-NASACT, l-AISCUF u l-QEA). Bħala rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Awditjar tas-Slovakkja, huwa pparteċipa fil-Kumitat ta' Ħidma tal-Kunsill Ministerjali għall-Intergazzjoni Ewropea tal-Gvern Slovakk, u kien koordinatur tad-dipartiment tal-Acquis communautaire matul il-proċedura ta' adeżjoni mal-UE (1997-1999 u 2001-2004); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mis-7 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Mejju 2010, assenjat għall-Grupp tal-Awditjar I “Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”.
  • 07.05.2010 - 15.10.2023

    Ladislav BALKO

    Ladislav BALKO

    Imwieled f’Slepčany, is-Slovakkja fl-1954, is-Sur Balko għandu dottorat fil-liġi u huwa professur assoċjat tal-liġi finanzjarja u dik kummerċjali. Ħadem bħala ġurnalist fiċ-Czechoslovak Radio (1980-1990) qabel ma sar Avukat Kap fid-Direttorat tad-Dwana tar-Repubblika Slovakka (1990-1991). Imbagħad ħadem f’diversi pożizzjonijiet maniġerjali, inklużi dawk ta’ Deputat Direttur Ġenerali tal-akbar bank kummerċjali tas-Slovakkja, Všeobecná úverová banka (1991-1999); Viċi Gvernatur u membru tal-Bord fil-Bank tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni tar-Repubblika Slovakka (2001-2004); Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-aġenzija governattiva Slovakka għall-Investiment u l-Iżvilupp tal-Kummerċ, SARIO (2004-2006); u Viċi President tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Slovakk tal-Garanzija u l-Iżvilupp, SZRB, li huwa tal-Istat (2006-2010). Is-Sur Balko ħadem bħala lettur tal-università, u wara sar Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Finanzjarja tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università Comenius fi Bratislava, qabel ma sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fis-7 ta’ Mejju 2010. Sat-30 ta’ Jannar 2014, is-Sur Balko kien responsabbli mid-DAS u mill-awditjar tal-prestazzjoni (riċerka u politiki interni oħra) bħala Membru fl-Awla IV. Minn April 2012, irrappreżenta lill-Awla IV bħala sostitut fl-Awla CEAD, u mill-1 ta’ Frar 2013 kien is-sostitut għall-Awla IV fil-Kumitat Amministrattiv. Is-Sur Balko serva wkoll fil-Kumitat tal-Awditjar Intern mit-12 ta’ Frar 2012 u kien il-President tal-Kumitat mill-24 ta’ April 2013 sat-28 ta’ Frar 2014. Fi Frar 2014, huwa beda fl-Awla II bħala Membru responsabbli mill-politiki strutturali, it-trasport u l-enerġija, u sar ir-relatur għall-Kapitolu 6 tar-Rapport Annwali, “Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali”. Kien responsabbli wkoll mill-awditjar tad-DAS u minn diversi awditi tal-prestazzjoni fl-istess qasam, u rrappreżenta l-Awla II fl-Awla CEAD u l-AQCC. Is-Sur Balko serva fil-Bord Konsultattiv dwar l-Istrateġija u l-Prospettiva mill-2019 sal-2022, u minn Jannar 2022 kien Membru fl-Awla V, “Finanzjament u amministrazzjoni tal-Unjoni”.
  • 01.03.1995 - 28.02.2006

    Aunus SALMI

    Aunus SALMI

    Imwieled f’Kiuruvesi fit-22 ta’ Frar 1942; Master fl-Amministrazzjoni tal-Kummerċ mill-Iskola tal-Istudji Avvanzati fil-Kummerċ, ta’ Helsinki (1967); kontabilista (1976); kap tal-proġett, Otto Wuorio Oy, Franza (1967); kap tal-esportazzjoni, Asko SA, il-Belġju (1970). Segretarju Kummerċjali fl-Ambaxxata Finlandiża fi Brussell (1971); sieħeb ma’ SVH/Coopers & Lybrand Helsinki (1973-1995); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 1995 sat-28 ta’ Frar 2006; responsabbli għas-settur “KEFA, għoti u teħid b’self, attivitajiet bankarji” (1995); responsabbli għas-settur tal-“Infiq operatorju tal-Istituzzjonijiet tal-UE, tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, tal-uffiċċji esterni u d-delegazzjonijiet, tal-Iskejjel Ewropej, tas-sussidji, tal-korpi satelliti (għajr iċ-Ċentru ta’ Salonka u l-Fondazzjoni ta’ Dublin), u tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom”; membru tal-Bord tal-Bank Ewropew għall-Iżvilupp; kontabilista indipendenti (2006). Miet fit 23 ta’ Awwissu 2023.
  • 01.03.2006 - 29.02.2012

    Olavi ALA-NISSILÄ

    Olavi ALA-NISSILÄ

    Imwieled f’Loimaa fit-2 ta’ Awwissu 1949; Master fl-Ekonomija; kontabilista liċenzjat mill-Kamra tal-Kummerċ Ċentrali; 30 sena esperjenza fil-qasam tal-ġestjoni u s-sorveljanza tal-finanzi pubbliċi u privati; għallem il-kontabbiltà u l-liġi fil-Kulleġġ tal-Kummerċ, Loimaa (1974) u fl-Iskola Superjuri tal-Kummerċ, Turku (1989). Mill-1995 sal-2005, sieħeb f’kumpanija tal-awditjar liċenzjat, bħala awditur part-time; Membru tal-Parlament Finlandiż (1991) ‒ inkarigat minn ħafna oqsma ta’ xogħol parlamentari: President tal-Kumitat għall-Finanzi (Kumitat għall-Baġit u għall-Kontroll tal-Baġit), membru tas-Sotto Kumitati għat-Taxxa u għat-Trasport, u membru tal-Konferenza tal-Presidenti (2003); awditur tal-Bank tal-Finlandja, u President tal-Kulleġġ tal-Awdituri; awditur supplenti tal-Istat (1992); membru tal-bord tad-delegati Parlamentari fil-Bank tal-Finlandja (1993); it-tieni membru supplenti tad-Delegazzjoni Parlamentari ristretta mal-Bank tal-Finlandja fl-1993, u mbagħad l-ewwel membru supplenti (1993-1999); President tal-Bord tad-Delegati Parlamentari tal-Bank tal-Finlandja kif ukoll tal-Kumitat Konsultattiv tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Finanzi Pubbliċi; membru tal-Kumitat għas-Sorveljanza fil-Bank tal-Investiment tal-Pajjiżi Nordiċi (2003); membru (1993) u mbagħad President (2003) tal-Bord Governattiv tal-Fond Nazzjonali Finlandiż għar-Riċerka u l-Iżvilupp; membru (1982) u mbagħad president (2000) tal-Kunsill Lokali ta’ Loimaa; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2006 sat-28 ta’ Frar 2012: responsabbli għall-Grupp tal-Awditjar I “Preservazzjoni u Tmexxija tar-Riżorsi Naturali” u tal-Grupp CEAD (Koordinazzjoni, Evalwazzjoni, Assigurazzjoni, Żvilupp) (2006); Membru tal-Awla I “Preservazzjoni u Tmexxija tar-Riżorsi Naturali” u membru supplenti tal-Kumitat Amministrattiv (2010). Sieħeb u President tal-Bord tad-Diretturi, BDO Oy (2012); Konsulent Prinċipali, BDO Oy, Suomi.
  • 01.03.2012 - 28.02.2018

    Ville ITÄLÄ

    Ville ITÄLÄ

    Imwieled f’Luumäki fl-10 ta’ Mejju 1959; Master fil-Liġi (1989); Varatuomari (Master fil-Liġi, imħarreġ ta’ maġistrat) (1991); eżami ta’ kapaċità għall-karriera bħala avukat fl-1995. Membru tal-Parlament Ewropew (2004-2012): Viċi President tal-Partit tal-Poplu Ewropew (Demokratiċi Kristjani) u tal-Grupp tad-Demokratiċi Ewropej (2004-2006). Membru tal-Kumitat għall-Baġits (2004-2009); deputat koordinatur u membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (2009-2012); membru tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u membru sostitut tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Fil-Parlament Finlandiż: President tal-Gran Kumitat (2003-2004); awditur fil-Bank tal-Finlandja (1996-2000); membru tal-kumitat għal-liġi kostituzzjonali (1995-2000), li ppresieda bejn l-1996 u 2000; membru tal-kumitat għat-trasport (1995-1996). Fil-Gvern Finlandiż: Ministru tal-Intern (fit-tieni amministrazzjoni ta’ Lipponen) mill-2000-2003; President tal-Partit Nazzjonali ta’ Koalizzjoni (2001-2004). Elettur prinċipali tal-President tal-Finlandja (1988); President tal-Bureau Eżekuttiv tal-belt ta’ Turku mill-1993 sal-1995. Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2012 sat-28 ta’ Frar 2018.
  • 01.03.2018 - 31.05.2024

    Hannu TAKKULA

    Hannu TAKKULA

    Dr Hannu Takkula serva bħala l-Membru Finlandiż tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) mill-1 ta’ Marzu 2018 sal-31 ta’ Mejju 2024. Matul il-mandat tiegħu fil-Qorti, Dr Takkula kien Membru tal-Awla lll, li hija responsabbli mill-infiq tal-UE fuq azzjoni esterna, sigurtà u ġustizzja. Dr Takkula kien il-Membru Relatur dwar diversi suġġetti tal-awditjar, bħall-appoġġ li l-UE tat lill-Marokk, l-għajnuna umanitarja għall-edukazzjoni u l-programmazzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI). Wieħed mir-rapporti tal-awditjar l-aktar reċenti tiegħu kien relatat mal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima. Ippresieda wkoll il-Kumitat tal-Awditjar Intern tal-QEA. Qabel ma ngħaqad mal-QEA, Dr Takkula serva għal ħafna snin bħala Membru tal-Parlament Ewropew (2004-2018) u tal-Parlament nazzjonali tal-Finlandja (1995-2004). Fil-Parlament Ewropew, il-ħidma ta’ Dr Takkula ffukat prinċipalment fuq l-oqsma tal-kummerċ internazzjonali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni u l-kultura. Dr Takkula għandu Dottorat fl-Edukazzjoni mill-Università ta’ Lapland.
  • 01.03.1995 - 31.12.2001

    Jan O. KARLSSON

    Jan O. KARLSSON

    Imwieled fi Stokkolma fl-1 ta’ Ġunju 1939; gradwat mill-Università ta’ Stokkolma, l-Iżvezja (Ekonomija, Xjenzi Politiċi u Storja); Assistent Segretarju u mbagħad l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru tal-Agrikoltura (1962); konsulent dwar il-politika għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1968). Segretarju għall-membru tal-kunsill responsabbli għall-finanzi fil-belt ta’ Stokkolma (1973); assistent segretarju għall-Presidju tal-Kunsill Nordiku (1977); Segretarju tal-Istat responsabbli għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi; president tal-Kumitat dwar Bliet Kbar (1988); konsulent u koordinatur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1990); rappreżentant personali tal-Prim Ministru fir-rievalwazzjoni miftiehma tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Nordiċi fid-dawl tal-adeżjoni antiċipata tal-Iżvezja maż-Żona Ekonomika Ewropea u mal-UE (1990); negozjatur u konsulent dwar kwistjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji għas-Segretarjat tal-Grupp Demokratiku Soċjali fil-Parlament Żvediż (Riksdag) (1992); Direttur Ġenerali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 1995 sal-31 ta’ Diċembru 2001: responsabbli għas-settur “Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri (Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)”; President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1999-2001); miet fid-19 ta’ Settembru 2016.
  • 01.01.2002 - 28.02.2006

    Lars TOBISSON

    Lars TOBISSON

    Imwieled f’Gothenburg fl-1938; Dottorat fil-Filosofija (Xjenza Politika) mill-Universita' ta' Gothenburg (1973); President tal-Unjoni Nazzjonali tal-Istudenti (1964); impjegat mill-Konfederazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet Professjonali tal-Iżvezja (1965). Segretarju Ġenerali tal-Partit Moderat Żvediż (1974); Membru tal-Parlament Żvediż (Riksdag), membru tal-Kumitat Permanenti għall-Finanzi, membru tal-Kunsill Konsultattiv tal-Affarijiet Barranin, viċi president tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea (1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-28 ta’ Frar 2006.
  • 01.03.2006 - 09.06.2011

    Lars HEIKENSTEN

    Lars HEIKENSTEN

    Imwieled fi Stokkolma fit-13 ta’ Settembru 1950; riċerkatur u lekċerer tal-ekonomija fl-Iskola tal-Ekonomija ta' Stokkolma, fejn kien ikopri oqsma ta' riċerka bħall-ekonomija tal-iżvilupp, it-tibdil strutturali u l-ekonomija tas-suq tax-xogħol (1972); segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Ekonomisti Żvediżi (1981). Sotto-Segretarju fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Iżvezja, u Kap tad-Diviżjoni għal kwistjonijiet relatati mal-politika ekonomika fuq terminu medju u twil (1985); Sotto-Segretarju għall-Affarijiet Ekonomiċi fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Iżvezja; ekonomist prinċipali fi Svenska Handelsbanken (Kap tar-Riċerka dwar is-Swieq) (1992); Viċi Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Iżvezja (Sveriges Riksbank), responsabbli għall-politika monetarja (1995); Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Iżvezja (2003); eżerċita mandati differenti fuq bords f’aġenziji governattivi, kumpaniji u universitajiet; irrappreżenta lill-Iżvezja f’korpi internazzjonali bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI), il-Kumitat Monetarju (aktar tard magħruf bħala l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju) tal-UE u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 2006 sad-9 ta’ Ġunju 2011: Membru tal-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija”; Membru responsabbli għall-Komunikazzjoni fil-Grupp CEAD (Koordinazzjoni, komunikazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp) (2006); Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2007); Membru tal-Awla III “Azzjonijiet Esterni” u Membru supplenti tal-Awla CEAD “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp” (2010); Membru rappreżentant tal-Awla III fl-Awla CEAD (2011).
  • 10.06.2011 - 28.02.2018

    Hans Gustaf WESSBERG

    Hans Gustaf WESSBERG

    Imwieled f'Gothenburg fis-26 ta’ April 1952; gradwat fix-xjenza politika, l-istorja u l-komunikazzjoni mill-Università ta’ Gothenburg; Segretarju tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (2007-2010); Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (2007); Segretarju tal-Istat, il-Ministeru tad-Difża (2006-2007). Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (2004-2006); Deputat Direttur Ġenerali tal-Konfederazzjoni tal-Impriżi Żvediżi (2001-2004); Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni, Aġent Direttur Ġenerali, Deputat Direttur Ġenerali u Direttur Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Industrija Żvediża (1991-2001); Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni f’SIAB (kumpanija tal-kostruzzjoni) (1990-1991); attaché għall-istampa, uffiċjal tal-istampa, u wara uffiċjal tal-informazzjoni fil-militar tal-Iżvediża, u kelliem għall-Kap Kmandant tal-armata Żvediża (1982-1990); President tal-Unjoni Żvediża tal-Istudenti (SFS) (1980-1982); membru tal-kumitat governattiv għall-interoperabbiltà (E-nämden) u membru tal-Bord Maniġerjali tal-aġenzija nazzjonali għas-servizzi lil istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (2005-2006); President tal-Federazzjoni Ċentrali tas-Soċjetà u d-Difiża; membru tal-Bord tar-relazzjonijiet industrijali għall-aġenzija Żvediża inkarigata mit-tħejjija f’każ ta’ kriżi, u membru tal-kunsill għall-konsulenza kummerċjali għall-Kap Kmandant tal-armata (2003-2004); President tas-sezzjoni tal-Partit Moderat fi Stokkolma (1997-2003); membru sostitut tal-Bord Eżekuttiv tar-Riksbank (1998-2002); membru tal-Bord Maniġerjali ta’ Birka Energi (1999-2002); President ta’ Svenska Bostäder (1999-2001); Direttur ta’ Locum AB (1999-2001); membru tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Gwerra u membru tal-Bord Maniġerjali ta’ Sveriges Radio (radju Żvediż) (1996-1998). Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-10 ta’ Ġunju 2011 sat-28 ta’ Frar 2018; miet fid-29 ta’ Marzu 2018.
  • 01.03.2018 - 31.05.2024

    Eva LINDSTRÖM

    Eva LINDSTRÖM

    Eva Lindström twieldet fi Stokkolma, l-Iżvezja, fl-1957. Għandha BA fl-ekonomija, l-ekonomija tan-negozju, l-istatistika u l-istorja ekonomika mill-Università ta’ Stokkolma. Kienet Direttur tad-Dipartiment tal-Baġit tal-Ministeru tal-Finanzi (1994–1997); Direttur tal-Baġit fil-Ministeru tal-Finanzi (1997–2003); Awditur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali Żvediż tal-Awditjar (2003–2010); President tal-Inkjesta, Inkjesta dwar ir-rekwiżiti tas-sjieda għall-intrapriżi fis-settur tal-benesseri (2013–2014); u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Intrapriża u l-Innovazzjoni (2014–2018). Minn Marzu 2018, is-Sinjura Lindström kienet Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-Awla V, l-Awla I u l-Awla II. Kienet ukoll Membru tal-QEA għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali (MIR), fejn kienet responsabbli mill-iffaċilitar tal-interazzjonijiet tal-QEA mal-partijiet ikkonċernati tagħha. Barra minn hekk, kienet membru tal-Bord dwar l-Arti tal-QEA. Bħala parti mill-attivitajiet l-oħra tagħha, is-Sinjura Lindström kienet Membru tal-Bord Governattiv, Svenska Spel AB (1998–2003); Membru tal-Kunsill Konsultattiv, Försäkringskassan (l-Aġenzija Żvediża għall-Assigurazzjoni Soċjali) (2011–2012); Viċi President, Kunsill Żvediż għall-Politika Fiskali (2011–2014); President tal-Bord Governattiv, Aġenzija Żvediża għall-Analiżi tas-Servizzi tas-Saħħa u l-Kura (2011–2014); Membru tal-Bord Governattiv, Finansinspektionen (l-Awtorità Żvediża għas-Sorveljanza Finanzjarja) (2011–2014); President tal-Kumitat tal-Kontroll, Bank Nordiku tal-Investiment (2012–2014); u Viċi President tal-Bord Governattiv, Amministrazzjoni Żvediża tat-Trasport (2013–2014).
  • 18.10.1977 - 17.10.1983

    Norman PRICE

    Norman PRICE

    Imwieled f’Jannar 1915; ta' nazzjonalità Brittanika; studja fl-Iskola Sekondarja (Grammar School) ta' Plaistow; inkarigat minn dmirijiet eżekuttivi u superviżorji fl-Amministrazzjoni tad-Dwana u tas-Sisa (1933); spettur tat-taxxi (1939); Segretarju fl-Inland Revenue (1951); fuq il-Bord tal-Inland Revenue (1965). President tal-Bord tal-Inland Revenue (1973); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sas-17 ta' Ottubru 1983; miet fid-19 ta' Frar 2007.
  • 18.10.1983 - 31.12.1992

    John CAREY

    John CAREY

    Imwieled fil-11 ta' Novembru 1933 f’Rugby, Warwickshire; ta' nazzjonalità Brittanika; iggradwa fil-Litteratura Klassika, fl-Istorja Antika, u fil-Filosofija Antika u Moderna mill-Università ta' Oxford; kwalifikat bħala interpretu tar-Russu; Dipartiment tat-Teżor u tas-Servizz Ċivili tar-Renju Unit (1957). Sekondat għas-servizzi diplomatiċi bħala konsulent ekonomiku u finanzjarju għar-Rappreżentanza Permanenti tar-Renju Unit għall-Komunitajiet Ewropej fi Brussell (1974); Segretarju fid-Dipartiment tat-Teżor responsabbli għall-iskrutinju pubbliku u parlamentari tal-infiq (1978); responsabbli għall-għajnuna mogħtija lill-pajjiżi extra-Ewropej u għal kwistjonijiet kummerċjali, għall-kreditu għall-esportazzjoni u għal problemi ta’ dejn internazzjonali fid-dipartiment tal-"Pajjiżi extra-Ewropej" tat-Teżor (1982); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1983 sal-31 ta' Diċembru 1992; responsabbli għall-infiq agrikolu (1983); Membru tal-Istitut tal-Finanzi u tal-Kontabbiltà Pubblika bis-saħħa tar-Regolament Nru 6 tat-23 ta' Settembru 1988. Miet fit-8 ta’ Awwissu 2022.
  • 01.01.1993 - 31.12.2001

    John WIGGINS

    John WIGGINS

    Imwieled f’Londra fl-1938; ta' nazzjonalità Brittanika; gradwat fl-Istorja u fil-Filosofija mill-Università ta' Oxford; lawrja ta' Master fl-Ekonomija mill-Università ta' Harvard; ħadem fuq aspetti ta' tassazzjoni, politika monetarja u kontroll tan-nefqa pubblika fit-Teżor tar-Renju Unit (1961-1979). Segretarju Privat Prinċipali tal-Ministru tal-Finanzi (Chancellor of the Exchequer) (1980-1981); Sotto-Segretarju inkarigat mid-Diviżjoni taż-Żejt fil-Ministeru tal-Enerġija (1981-1984); ħadem fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kabinett Ċentrali (1985-1985); Sotto-Segretarju u mbagħad Deputat Segretarju fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u tax-Xjenza, responsabbli għar-rimunerazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ tal-għalliema; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 1993 sal-31 ta' Diċembru 2001: responsabbli għas-settur “Qasam soċjali, politiki industrijali, Ċentru ta' Berlin, Fondazzjoni ta' Dublin, ambjent, Fond ta' Koeżjoni (aspett ambjentali)”; responsabbli għas-settur inkarigat mill-produzzjoni tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (DAS); Dekan tal-Grupp DAS (1995).
  • 01.01.2002 - 31.12.2013

    David BOSTOCK

    David BOSTOCK

    Imwieled f’Cheltenham fl-1948; ta' nazzjonalità Brittanika; lawrja ta' Master fix-Xjenzi Ekonomiċi (Economics of Public Policy) mill-University College ta' Londra, u Baċellerat fl-Arti (Modern History) mill-Università ta' Oxford; sekondat bħala t-Tieni Segretarju (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) fl-uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit għall-UE u fis-sezzjoni "Affarijiet Ekonomiċi u Interni" tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Kabinett (1971). Kap tad-Diviżjoni Agrikola tat-Teżor (1984); Konsulent Ekonomiku u Finanzjarju fl-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit għall-UE (1985); Kap tal-Grupp "Unjoni Ewropea" tat-Teżor, Assistent Direttur u mbagħad Direttur fil-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Lussemburgu (1990); Deputat Rappreżentant Permanenti tar-Renju Unit għall-UE fi Brussell (1995); President tal-Coreper I matul il-Presidenza tar-Renju Unit fil-Kunsill (1998); Kap tas-sezzjoni "Affarijiet Ewropej" fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Kabinett (1999-2000); Visiting Fellow fiċ-Ċentru tal-Istudji Internazzjonali tal-London School of Economics u Practitioner Fellow fl-Istitut Ewropew tal-Università ta' Sussex (2000); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2013: responsabbli għall-awditjar tal-politiki agrikoli: Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, approvazzjoni tal-kontijiet u rifużjonijiet għall-esportazzjoni; Membru tal-Grupp CEAD (Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni, żvilupp); Membru responsabbli għall-Grupp tal-Awditjar I “Politiki agrikoli” (2004); assenjat għall-Grupp tal-Awditjar II “Politika strutturali, trasport, riċerka u enerġija” (2006); Dekan (2008); Dekan tal-Awla CEAD “Koordinazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp”, responsabbli għall-Kwalità tal-Awditjar u għall-Appoġġ; Membru tal-Kumitat Amministrattiv (2010); Membru tal-Awla III “Azzjonijiet Esterni” (2012); miet fit-3 ta' Settembru 2016.
  • 01.01.2014 - 31.01.2020

    Phil WYNN OWEN

    Phil WYNN OWEN

    Imwieled fl-1960; MBA mil-London Business School; Advanced Management Programme fil Harvard Business School; u BA kif ukoll MA (Storja) minn University College, Oxford. huwa ħadem għal aktar minn 18-il sena mat-Teżor tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Treasury), li kienu jinkludu żewġ perjodi ta’ żmien qosra f’kabinetti – bħala Assistent Segretarju Privat tal Kanċillier (1984-86), u Segretarju Privat Prinċipali tas-Segretarju Permanenti għat Teżor (1991-93); huwa mexxa t-tim “Trasport, Taxxa u Baġit”, kif ukoll it-tim “Politika dwar it-Taxxa”, fit-Teżor tal-Maestà Tagħha (1993-99); Direttur, Unità Regolatorja ta’ Impatt, fl Uffiċċju tal-Kabinett (1999-2003); Direttur għas-Settur Finanzjarju, fit-Teżor tal-Maestà Tagħha (2003-04); Direttur Ġenerali, Strateġija u Pensjonijiet, fid-Dipartiment għax-Xogħol u l Pensjonijiet (2004-09); Viċi President u Direttur Mhux Eżekuttiv ta’ Maidstone and Tunbridge Wells NHS Trust (2008-13); Direttur Ġenerali, Tibdil fil-Klima Nazzjonali u Appoġġ għall Konsumaturi, fid-Dipartiment għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima - DECC (2009-11); Direttur Ġenerali, Tibdil fil-Klima Internazzjonali u Effiċjenza fl-Enerġija, DECC (2011-13); Aġent Segretarju Permanenti, DECC (Ott. 2012-Jan 2013); Membru tal-Qorti Ewropea tal Awdituri minn Jannar 2014 sa Jannar 2020: bħala Membru, huwa ħadem fuq l-awditjar tal Politika ta’ Koeżjoni tal-UE (2014-16) u fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali (2016-20); Dekan tal-Awla (Użu Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali) (2016-18).