No
No
 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur estern tal-Unjoni.

Il-Kulleġġ tal-QEA huwa magħmul minn Membru wieħed minn kull Stat Membru u huwa appoġġat minn madwar 900 membru tal-persunal min-nazzjonalitajiet kollha tal-UE.

Il-missjoni tagħna

Aħna nwettqu awditi indipendenti, ta’ kwalità għolja u li jħallu impatt biex intejbu l‑governanza, l‑obbligu ta’ rendikont, it‑trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal‑azzjoni li tittieħed mill‑UE, u b’hekk insaħħu l‑fiduċja taċ-ċittadini u nikkontribwixxu b’mod effettiv lejn ir‑rispons għall‑isfidi attwali u futuri li qed tħabbat wiċċha magħhom l‑UE.

Il-viżjoni tagħna

Aħna nsaħħu l‑fiduċja fl‑Unjoni billi nikkontribwixxu għal governanza u reżiljenza mtejba.​

Il‑valuri tagħna​

Bħala l‑awditur estern tal‑Unjoni, inwettqu xogħolna b’konformità mal‑istandards internazzjonali tal‑awditjar u l‑valuri li ġejjin:​​

  • Indipendenza

    Aħna nwettqu x‑xogħol tagħna mingħajr influwenzi li jikkompromettu, jew li jaf jitqiesu bħala li jikkompromettu l-ġudizzju professjonali tagħna.​


  • Oġġettività

    Aħna imparzjali u oġġettivi, u nibbażaw il‑konklużjonijiet tal‑awditjar tagħna fuq evidenza suffiċjenti u xierqa.​

  • Mġiba etika

    Aħna naġixxu b’integrità, onestà, u affidabbiltà, u unikament fl‑interess pubbliku tal‑UE, u l-għan tagħna huwa li mmexxu bl-eżempju fix‑xogħol professjonali tagħna u fil‑mod kif nimmaniġġjaw l‑istituzzjoni tagħna.​

  • Trasparenza

    Aħna nirrappurtaw dwar is‑sejbiet tal‑awditjar u l‑attivitajiet tagħna b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli, u b’appoġġ tal‑obbligu ta’ rendikont fil‑livelli kollha.

  • Professjonalità

    Aħna niksbu, niżviluppaw u nżommu l‑ogħla livelli ta’ għarfien, għarfien espert u ħiliet b’rabta kemm mal‑professjoni tal‑awditjar tas‑settur pubbliku, kif ukoll mal-ġestjoni finanzjarja u tal‑politika tal‑UE.​