Pubblikazzjonijiet u arkivji tal-QEA
Il-biċċa l-kbira mill-pubblikazzjonijiet tal-QEA huma disponibbli fuq is-sit web tagħna.
L-arkivji tal-QEA fihom ir-rapporti u l-opinjonijiet kollha tal-istituzzjoni mill- ’il hawn. Kopji stampati ta’ dokumenti li ġew ippubblikati sal- ġew ittrasferiti ġewwa l-inventarju tagħna fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea f’Firenze.
Librerija tal-QEA
Il-Librerija tal-QEA hija primarjament għall-użu tal-persunal tal-QEA, iżda hija miftuħa wkoll għall-persunal mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u, fuq talba, għal riċerkaturi esterni. Il-kollezzjoni għandha firxa wiesgħa ta’ pubblikazzjonijiet dwar l-awditjar, il-kontabbiltà, id-dritt tal-UE u l-oqsma ta’ politika tal-UE. Hija tinkludi kotba, perjodiċi, servizzi għall-istampa, xogħlijiet ta’ referenza u bażijiet ta’
data f’format elettroniku u stampat. Jista’ jsir tiftix online dwar il-kollezzjoni sħiħa bl-użu tal-għodda pubblika
BibliotECA Discovery(opens in new window).
Data miftuħa
Biex ittejjeb il fluss ta’ informazzjoni bejn il-QEA u l-pubbliku ġenerali, u biex tiffaċilita l-użu mill-ġdid mifrux tal informazzjoni, il-QEA adottat id-
Deċiżjoni 6 2019 dwar il-politika tagħha rigward id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti. Permezz tad-deċiżjoni, il-QEA timpenja ruħha li d dokumenti miżmuma u prodotti mill-QEA li diġà saru pubbliċi tagħmilhom disponibbli fuq l-internet f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, kull meta jkun possibbli. Ir rapporti b’settijiet tad-data disponibbli huma elenkati f’paġna speċifika dwar id-data miftuħa.
Id-data miftuħa li toriġina mill-QEA hija disponibbli wkoll mill-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE f’data.europa.eu(opens in new window), flimkien mas-settijiet tad-data minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE, u minn Stati Membri tal-UE.
Aċċess għad-dokumenti
Il-QEA tistinka biex tkun ta’ servizz għaċ-ċittadini tal-UE, u twettaq l-attività tagħha sal-ogħla standards possibbli tat-trasparenza, tal-obbligu ta’ rendikont, u tal-integrità.
Bażi legali
Talbiet għal aċċess għad-dokumenti jiġu ttrattati skont il-prinċipju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u l-prinċipju tat-trasparenza, u skont id-Deċiżjoni Nru 37-2023 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-QEA.
(opens in new window)
Talbiet għal aċċess
(opens in new window)
Talbiet għal aċċess għad-dokumenti jenħtieġ li jintbagħtu permezz tal-formola ta’ kuntatt(opens in new window) tagħna, u jistgħu jinkitbu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.
Ipproċessar tat-talbiet
Kull talba tiġi vvalutata bir-reqqa fi żmien xahar minn meta l-applikazzjoni tiġi rreġistrata. Id-deċiżjoni li jiġi permess/rifjutat l-aċċess se jiddependi, pereżempju, minn jekk hemmx ħtieġa ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku jew min-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni dwar l-awditjar.
Appell
Jekk jiġi rifjutat l-aċċess għal dokument mitlub, l-applikant jista’ jissottometti appell bil-miktub (“applikazzjoni konfermatorja”) lill-President tal-QEA, fi żmien xahar minn meta jirċievi r-risposta tal-QEA, biex jitlob lill-QEA terġa’ tqis il-pożizzjoni tagħha. Fi żmien massimu ta’ xahar mir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni konfermatorja, il-QEA għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub jew inkella tirrifjutah.
Referenzi legali oħra
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea(opens in new window): l-Artikolu 1(2) dwar il-proċess ta’ ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli tal-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(opens in new window): l-Artikolu 15(1) dwar it-trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE; l-Artikolu 15(3) dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti
It-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE(opens in new window): L-Artikolu 42 dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.
Links utli